Home Net News “Il-kirjiet jibqgħu problema kbira” – PN

“Il-kirjiet jibqgħu problema kbira” – PN

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit
Nazzjonalista jrid li kull Malti jkollu d-dritt li  jgħix b’mod sigur ġewwa daru.

Sostna
dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia waqt laqgħa virtwali li saret
mal-Home Owners Association. Din l-assoċjazzjoni twaqqfet madwar sentejn ilu
fejn sal-lum tilqa’ fiha 9,000 membru.

Matul
din il-laqgha, l-Assoċjazzjoni tkellmet dwar id-dritt ta’ kull persuna li tgħix
f’darha mingħajr ebda inkonvenjent ikkaġunat minn konstruzzjoni li tkun qed
issir fil-viċinanzi. Dan apparti d-dritt ta’ kulħadd jgħix f’daru mingħajr
ħsieb li jista’ jkun hemm xi tip ta’ periklu.

Urew
wkoll it-tħassib tagħhom li sidien ta’ propjetà li biswit r-residenza tagħhom
ikun qiegħed isir xoghol ta’ kostruzzjoni m’għandhomx fuq min iduru u biex
jissalvagwardjaw d-drittijiet taghhom ikollhom jonfqu mijiet ta’ euro
f’konsulenzi u rapporti. Għalhekk huma pproponew li għandu jsir qafas fejn kull
sid ta’ dar ikun jista jissalvagwardja d-drittijiet tiegħu mingħajr ma jidħol
fi spejjeż żejda.

Fl-istess
laqgħa ġew diskussi wkoll il-prezzijiet tal-kirjiet fejn anke familji b’pagi
medji qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera.

Il-Kap
tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa importanti wkoll li jkun hemm bilanċ bejn
l-interessi tal-iżviluppaturi u l-interess tal-pubbliku inġenerali. Għalhekk
għandu jkun assigurat li l-liġi tkun osservata minn kulħadd.

Preżenti
għal din il-laqgħa kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina, Kevin
Cutajar u David Thake.

The post “Il-kirjiet jibqgħu problema kbira” – PN appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here