Home Newsbook NGOs jappellaw lill-Gvern biex idaħħal lill-immigranti fuq il-vapuri tal-Captain Morgan

NGOs jappellaw lill-Gvern biex idaħħal lill-immigranti fuq il-vapuri tal-Captain Morgan

15
0
SHARE
Advertisement

Għadd ta’ għaqdiet mhux governattivi qegħdin juru d-diżgust tagħhom għas-sitwazzjoni li qegħdin jinżammu fiha aktar minn 160 persuna abbord il-vapuri tal-Captain Morgan, li qegħdin jitħallsu mill-Gvern Malti wara li dawn l-immigranti ġew salvati mill-baħar. Il-vapuri qegħdin jinżammu 13-il mil nawtiku ‘l barra mix-xtut Maltin minħabba l-imxija tal-coronavirus, u l-immigranti ilhom fuq dawn il-vapuri għal aktar minn tliet ġimgħat. L-għaqdiet appellaw lill-Gvern biex idaħħalhom Malta u jtemm is-sofferenza tagħhom.

Stqarrija ta’ 29 għaqda (sal-ħin li qed jinkiteb dan l-artiklu) tgħid li dawn l-irġiel ġew esposti għal tant esperjenzi trawmatiċi, li hemm biża’ li l-istat fiżiku u anke mentali tagħhom se jmur lura malajr. Huma fakkru lill-awtoritajiet li din it-trawma qed iżżid mal-esperjenzi ta’ sofferenza li dawn il-persuni diġà għaddew minnhom biex ħarbu mil-Libja u sakemm issalvaw.

Ilbieraħ l-NGO Alarm Phone qalet li f’kuntatt li rnexxielhom jagħmlu magħha dawk abbord, qalulha li hemm min qed jagħmel strajk tal-ġuħ u hemm min għandu tendenzi suwiċidali.

L-NGOs issoktaw jgħidu li strajk tal-ġuħ huwa att ta’ disprament, att finali u biex iddeċidew li jagħmlu hekk sinjal li ma kellhomx għażla oħra, peress li m’għandhom l-ebda kontroll fuq is-sitwazzjoni tagħhom u ħajjithom jinsabu litteralment f’idejn il-Gvern. Għaldaqstant, huma qegħdin jużaw ġisimhom, l-aħħar ħaġa li fadlilhom fil-kontroll tagħhom, sabiex iwasslu messaġġ.

Il-messaġġ tal-immigranti, skont l-NGOs, huwa biex ifakkru lill-politiċi tar-responsabbiltajiet legali u morali tagħhom, u biex forsi jappellaw għall-kuxjenza tagħhom. Qegħdin jippruvaw iwasslu messaġġ ukoll lill-Maltin bit-tama li dawn jiftakru fihom u jagħrfu kemm qegħdin ibatu.

L-NGOs għalhekk appellaw lill-Gvern sabiex itemm dan it-trattament ħażin minnufih, billi jipprovdi lill-immigranti bil-kura medika u psikoloġika li għandhom bżonn u jħallihom jidħlu Malta. Apparti dan, l-NGOs appellaw lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jgħinu lil Malta ssib soluzzjoni.

L-istqarrija ġie iffirmata minn:

  1. aditus foundation
  2. African Media Association Malta
  3. Anti-Poverty Forum Malta
  4. Association for Justice, Equality and Peace
  5. Blue Door English
  6. Catholic Voices Malta
  7. The Critical Institute
  8. The Daphne Caruana Galizia Foundation
  9. Dar Hosea
  10. Dar tal-Providenza
  11. Integra Foundation
  12. Jesuit Refugee Service Malta
  13. Justice and Peace Commission
  14. KOPIN
  15. Malta Emigrants’ Commission
  16. MGRM
  17. Migrant Women Association Malta
  18. Moviment Graffitti
  19. Office of the Dean – Faculty of Education
  20. Office of the Dean – Faculty for Social Wellbeing
  21. Repubblika
  22. Salesjani Dar Osanna Pia
  23. Segretarjat Assistanza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika Maltija
  24. Society of St. Vincent de Paul – Malta
  25. SOS Malta
  26. St. Jenne Antide Foundation
  27. Spark15
  28. Women’s Rights Foundation
  29. Youth Alive Foundation

The post NGOs jappellaw lill-Gvern biex idaħħal lill-immigranti fuq il-vapuri tal-Captain Morgan appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here