Home Newsbook Ma jinqabad ħadd fi gruppi ta’ aktar minn 4 f’jumejn

Ma jinqabad ħadd fi gruppi ta’ aktar minn 4 f’jumejn

16
0
SHARE
Advertisement

Fl-aħħar jumejn ħadd ma nstab f’ġemgħat t’aktar minn erba’ persuni f’postijiet pubbliċi, skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Dan tħabbar fil-bulettin dwar il-coronavirus li joħroġ il-Gvern ta’ kuljum.

Fl-istess waqt, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-1,162 spezzjoni li saru fl-aħħar 48 siegħa.

Minn għada, l-emenda ta’ dan l-avviż legali se tidħol fis-seħħ sabiex jibdew jiġu permessi gruppi ta’ sitt persuni f’postijiet pubbliċi. Apparti hekk, minn għada għandhom jiftħu mill-ġdid ir-ristoranti, il-parrukkiera u l-barbiera, il-beauticians u tad-dwiefer.

Illum tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa, instabu 15-il każ ġdid tal-coronavirus f’Malta.

L-appell tal-awtoritajiet għadu sabiex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw minnhom.

The post Ma jinqabad ħadd fi gruppi ta’ aktar minn 4 f’jumejn appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here