Home Newsbook Għandha ssir investigazzjoni bħal ta’ Mercieca fuq l-ispjun fl-uffiċċju tal-AĠ – Bedingfield

Għandha ssir investigazzjoni bħal ta’ Mercieca fuq l-ispjun fl-uffiċċju tal-AĠ – Bedingfield

2
0
SHARE
Advertisement

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield appella biex issir investigazzjoni parallela ma’ dik tal-Avukat Charles Mercieca, dwar ‘dak l-ispija’ fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li qed jgħaddi informazzjoni lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Bedingfield qal li lbieraħ Jason Azzopardi uża l-privileġġ parlamentari tiegħu biex jattakka l-inkredibbiltà ta’ avukat li fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi wiċċ imb wiċċ miegħu fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. 

Il-Whip Laburista qal li Azzopardi naqas milli jgħid li Mercieca ġie ngaġġat mid-ditta legali tal-kollega tiegħu Mario de Marco biex jiddefendi lil Yorgen Fenech, akkużat li kien il-mandant wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.

Ilbieraħ fil-Parlament, Azzopardi qajjem każ fejn qal li l-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell Kriminali dawret sentenza ta’ ħabs kontra Francis Caruana, uffiċjal pubbliku li ammetta li wettaq frodi, hedded biex jakkwista xi ħaġa u ħasil ta’ flus ta’ €32,000, f’sentenza ta’ probation. Żied jgħid li dan sar wara li l-Avukat Charles Mercieca għamel ftehim (patteġjament) minn wara dahar l-AĠ.

Bedingfield qal li tul id-diskors tiegħu tal-bieraħ Azzopardi stqarr li għandu informazzjoni minn ġewwa li Mercieca ma fittixx l-approvazzjoni tal-Avukat Ġenerali qabel ma għamel ir-rikjesta lill-Imħallef li l-uffiċċju tal-AĠ ma kienx qed jinsisti li Caruana jintbagħat il-ħabs. 

Il-Whip Laburista stqarr li filwaqt li ma jara xejn ħazin li avukat jitlaq l-AĠ biex imur jaħdem fil-privat peress li ma kienx la l-ewwel u lanqas l-aħħar avukat li se jagħmel dan, min qed jgħaddi l-informazzjoni bil-moħbi lil Azzopardi qed jikser il-liġi peress li hu marbut bis-sigriet professjonali li dak li jintqal fl-uffiċċju tal-Avukat Ġeneral jibqa’ f’dan l-uffiċċju. Minflok qed jgħaddi informazzjoni interna lill-Avukat tad-Difiża ta’ Caruana Galizia.

Bedingfield qal meta mar jara s-sentenza li ngħatat fil-konfront ta’ Caruana hu sab li Azzopardi għażel li jħalli barra numru ta’ fatturi importanti fosthom li Caruana kellu 60 sena, kellu fedina penali nadifa, kien intitolat għal 95% refużjoni ta’ Eur 32,000 u allura hu mmiżappropja ruħu effettivament mis-somma ta’ eur 1,600. Barra minn hekk, f’sentenza oħra simili l-eks Prim Imħallef Vincent de Gaetano kien ukoll dawwar sentenza ta’ ħabs effettiva għal sentenza ta’ probation lil akkużat li kellu fedina penali ta’ 44 paġna b’70 akkuża.

Mario de Marco jiċħad

Wara d-diskors ta’ Bedingfield, Mario de Marco qajjem point of order u qal li d-Deputat Laburista kien qed jimmiżġwida lill-kamra għax id-ditta legali Guido de Marco and Associates ma kienx involuta fid-Difiża ta’ Yorgen Fenech.

The post Għandha ssir investigazzjoni bħal ta’ Mercieca fuq l-ispjun fl-uffiċċju tal-AĠ – Bedingfield appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here