Home Newsbook €50,000 għall-infjorata ta’ din is-sena

€50,000 għall-infjorata ta’ din is-sena

12
0
SHARE
Advertisement

L-infjorata tradizzjonali li ssir kull sena f’Misraħ San Ġorġ bħala parti mill-Valletta Green Festival, din is-sena swiet €50,000. 

Skont tagħrif mogħti mill-Ministru Josè Herrera fuq domanda tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, din in-nefqa tinkludi mhux biss l-ispejjeż għall-fjuri iżda wkoll xogħol li kien jinkludi armar u żarmar tagħha. 

Il-Ministru Herrera qal li wara li tiżżarma l-installazzjoni, il-fjuri jingħataw għal użu fi spazji pubbliċi madwar il-pajjiż u mill-Kunsilli Lokali.

Din is-sena, dan l-avveniment annwali ħa format ġdid, billi n-nies japprezzaw l-infjorata online, mis-sigurtà ta’ djarhombiex ikomplu josservaw il-miżuri ta’ tbegħid soċjali. 

Bit-titlu “Beeodiversity”, l-infjorata ta’ din is-sena hija moħluqa u ddisinjata mill-artista Lisa Marie Kahler.

The post €50,000 għall-infjorata ta’ din is-sena appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here