Home Newsbook Dr Marilyn Casha nnominata għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

Dr Marilyn Casha nnominata għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

5
0
SHARE
Advertisement

Il-professjonista tas-saħħa Dr Marilyn Casha
ġiet innominata għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew f’isem il-frontliners f’Malta
minn Peter Agius. Hi mart il-Professur Aaron Casha li miet propju kawża tal-coronavirus.

Fi stqarrija Agius qal li l-eroj ta’ dawn
iż-żminijiet huma dawk il-care workers li ilhom ġimgħat sħaħ fi djar
residenzjali mal-anzjani, l-ispiżjara li ħadu l-virus waqt il-qadi ta’
dmirijiethom u il-mijiet ta’ infermiera u tobba li ħallew djarhom biex jgħinu fil-ġlieda
kontra l-pandemija.

Fin-nomina tiegħu, Peter Agius qal li mijiet ta’ professjonisti huma rrappreżentati minn Dr Marilyn Casha li ntlaqtet bil-COVID-19 u tilfet lill-għażiż raġel tagħha, il-Professur mediku distint Aaron Casha, li huwa kirurgu wkoll, minħabba l-coronavirus.

“Il-professjonisti tal-kura
tas-saħħa li qed jaħdmu fuq diversi linji tal-ġlieda kontra l-COVID-19,
l-infermiera u t-tobba tal-kura primarja u dik intensiva, il-maniġers tas-saħħa
pubblika u l-ħaddiema li jaħdmu qagħtih biex jittraċċaw il-kuntatti, u
l-ħaddiema li jindukraw fi djar residenzjali u l-ispiżjara, li bis-saħħa tal-impenn
u l-perseveranza tagħhom, huma l-espressjoni tal-valuri tal-Karta Ewropea
tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-valuri universali tad-dinjità u
s-solidarjetà tal-bniedem”, huwa sostna.

Il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew, li ngħata l-ewwel darba fl-2008, jirrikonoxxi
proġetti u inizjattivi li jippromovu l-valuri tal-Unjoni Ewropea, il-fehim
reċiproku u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera. Fid-dawl
taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet huma mħeġġa
jinnominaw proġetti li kienu strumentali fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

Għall-ewwel darba din is-sena ċ-ċittadini jistgħu jitfgħu n-nomini tagħhom
direttament għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew. Il-Premju ngħata lil bosta kawżi
distinti fis-soċjetà Maltija. Rebbieħa ta’ snin preċedenti jinkludu lil Chris
Delicata (Federazzjoni Internazzjonali tad-Diabete – Reġjun Ewropew), Rev.
Victor Grech, Puttinu Cares, Hospice Malta, Richmond Foundation, Dar il-Kaptan,
Għaqda Każini tal-Banda u Bjorn Formosa.

The post Dr Marilyn Casha nnominata għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here