Home Newsbook 8% biss tal-immigranti li waslu Malta ġew rilokati f’pajjiżi tal-UE – Il-Gvern

8% biss tal-immigranti li waslu Malta ġew rilokati f’pajjiżi tal-UE – Il-Gvern

10
0
SHARE
Advertisement

Mill-2005 ‘l hawn kienu 8% tal-immigranti
rregolari li waslu jew iddaħħlu Malta u li ġew rilokati lejn pajjiżi fl-Unjoni
Ewropea. Dan ħareġ fi stqarrija mill-Gvern Malti fejn tkellem dwar
is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fuq il-pajjiż.

Il-Gvern qal li mill-2005 ‘l hawn, il-wasliet
qabżu l-21,000. Qal li l-Istati Uniti ħadet id-doppju tal-impenn li għamlu s-27
Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Semma kif minħabba l-wasliet li saru s-sena li
għaddiet, fil-pajjiż hawn total ta’ 4,000 immigrant irregolari f’ċentri differenti.
Qal li dan ifisser li madwar 1% tal-popolazzjoni Maltija hija magħmula minn
immigranti irregolari li wħud minnhom jinsabu f’detenzjoni.

Il-Gvern qal li matul l-2019, f’Malta waslu 3,405 immigranti irregolari. Minnhom l-Istati Membri Ewropej ħadu biss 610. Minn dawn is-610, 88 għadhom iridu jiġu rilokati. Qal li l-kumplament tal-2,795 immigrant se jibqgħu responsabbiltà ta’ Malta.

Intant il-Gvern qal li minn Jannar tal-2020
kien hemm 1,222 immigrant irregolari li waslu f’Malta. Il-Gvern talab
lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkordina r-rilokazzjoni tagħhom f’Jannar,
Frar u April. Sostna li sal-lum, il-Portugall biss wiegħed l-impenn li jieħu
total ta’ sitt immigranti.

Kien spjegat li apparti t-talbiet ta’ Jannar u
Frar, Malta talbet ir-rilokazzjoni ta’ 160 immigrant addizzjonali. Qal li
Franza qalet li se tieħu 30 immigrant irregolari filwaqt li l-Kummissjoni
Ewropea qed tikkordina l-kumplament. Il-Kummissjoni Ewropea għandha setgħat limitati biex tirriloka l-immigranti
minħabba li l-wegħdiet li jsiru huma voluntarji u jiddependu fuq ir-rieda li
jagħmlu l-pajjiżi membri oħrajn.

“Malta tintalaq iġġorr piż sporporzjonat”

Intant, il-Gvern insista li Malta, li għandha fost l-ogħla rati ta’
immigrazzjoni irregolari fl-Ewropa, qed iġġorr piż sproporzjonat. Qal li filwaqt
li Malta “dejjem irrispettat b’mod sħiħ l-obbligazzjonijiet internazzjonali u
Ewropej tagħha, il-prinċipju ta’ solidarjetà Ewropea, li huwa parti integrali
mil-leġislazzjoni Ewropea, mhux qed issir.”

Il-Gvern spjega li sadanittant, fl-ewwel tliet xhur tal-2020, il-wasliet
ta’ immigranti irregolari ġejjin mir-rotta Ċentrali tal-Mediterran żdiedu
b’438%. Din ix-xejra ssoktat f’April 2020 meta kien hemm żieda ta’ 300%
fin-numru ta’ wasliet meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

The post 8% biss tal-immigranti li waslu Malta ġew rilokati f’pajjiżi tal-UE – Il-Gvern appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here