Home Newsbook 157 stabbiliment lesti biex jiftħu – Farrugia Portelli

157 stabbiliment lesti biex jiftħu – Farrugia Portelli

16
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret fil-Parlament li hemm 157 stabbiliment li nfurmaq lill-Ministeru, li lestew it-testijiet meħtieġa biex minn nhar il-Ġimgħa jkunu jistgħu joperaw skont il-protokolli mħabbra mill-Gvern għar-ristoranti u l-lukandi. 

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari għad-domanda tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru qalet li għand l-MTA biss daħlu 800 telefonata fejn ġiet spjegata l-informazzjoni li ngħatat mill-Gvern.

Hija qalet li aktar minn 150 ristorant u kafetteriji talbu li jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa mill-uffiċjali tal-MTA qabel il-ftuħ tagħhom. 

Fost ir-regolamenti imposti hemm li r-ristoranti issa jridu jsegwu dawn ir-regoli:

  • L-imwejjed ma jkollhomx aktar minn sitt persuni (sakemm dawn ma jkunux mill-istess dar)
  • L-imwejjed u s-siġġijiet jiġu diżinfettati kull darba li jintużaw
  • Affarijiet fuq l-imwejjed mill-inqas
  • L-impjegati jridu jilbsu maskri jew visors
  • Affarijiet bħal melħ, bżar, ketchup u żejt jintużaw darba u jintremew
  • Menus u listi tal-inbid iridu jintużaw darba u jintremew
  • Tipjip mhux permess fejn l-imwejjed, imma 10 metri ‘l bogħod
  • Magni bis-sigaretti għall-bejgħ permessi, imma jrid ikun hemm sanitiser ħdejhom
  • Buffet ma jistax jiġi offrut
  • Jistgħu jibqgħu miftuħin sal-11pm
  • Fil-jiem li għaddew kien hemm diversi sidien ta’ ristoranti u stabbilimenti oħra li lmentaw dwar il-protokoll u regoli ristrettivi li jridu jintlaħqu sa nhar il-Ġimgħa, biex ikunu jistgħu jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom wara xahrejn.

Julia Farrugia Portelli qalet ukoll li se jkun ippubblikat protokoll dwar kif il-pubbliku jista’ jagħmel użu mill-bajjiet fosthom id-distanzi bejn xugaman u ieħor, kif ukoll protokoll dwar il-frekwenza li permezz tagħha se jitnaddfu l-bins u t-toilets fil-bajjiet.

The post 157 stabbiliment lesti biex jiftħu – Farrugia Portelli appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here