Home Newsbook DALWAQT: Il-PM jindirizza konferenza tal-aħbarijiet

DALWAQT: Il-PM jindirizza konferenza tal-aħbarijiet

16
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet illejla. Dan tħabbar propju ftit tal-minuti ilu.

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli kienet qalet li l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed iħabbar aktar tnaqqis ta’ miżuri dwar il-coronavirus sa nhar it-Tnejn li ġej.

“L-ewwel magna li se tinxtegħel hi dik ta’ turiżmu intern bejn il-Maltin u l-Għawdxin. Dan hekk kif sa nhar it-Tnejn li ġej il-Prim Ministru se jkun qed iħabbar liema huma dawk is-setturi fl-ekonomija li se jiftħu u bid-dati ta’ meta,” qalet Farrugia Portelli.

Intant, fid-diskors tiegħu tal-bieraħ, il-Prim Ministru qal li jrid li l-poplu jgawdi s-sajf. Diskors li qala kemm appoġġ u kemm kritika matul il-ġurnata tal-lum.

The post DALWAQT: Il-PM jindirizza konferenza tal-aħbarijiet appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here