Home Net News #stayhomereplay illejla fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay | Mistiedna Martin Agius u...

#stayhomereplay illejla fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay | Mistiedna Martin Agius u Zach Muscat

20
0
SHARE
Advertisement

Ġimgħa ilu bl-eżatt, l-MFA ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf il-Kampjonati tagħha mill-Ewwel Diviżjoni l-isfel u ddeċidiet li testendi d-deċiżjoni tagħha dwar it-tkomplija jew le tal-Kampjonat Premier, liema deċizjoni l-istess assoċjazzjoni qalet li se tkun qed teħodha sal-25 ta’Mejju.

Flok kien hemm reazzjoni mill-Premier League Standing Committee, hekk kif il-maġġoranza tal-klabbs qed jitolbu sabiex l-MFA tieħu deċizjoni sa mhux aktar tard minn din il-ġimgħa u mhux tħalli sal-25 ta’ Mejju. Ilbieraħ, tliet klabbs mill-Kampjonat Premier, Birkirkara, Gżira United u Valletta, kitbu lill-MFA sabiex jgħidulha li l-Kampjonat Premier għandu jitkompla u saħansitra ssuġerew kif u meta, bid-data proposta minnhom ta’ meta jerġa’ jitkompla l-Kampjonat Premier tkun l-1 ta’ Lulju.

Dan kollu qed joħloq diskussjoni fil-fora kollha tal-futbol Malti, fosthom fil-programm awdjo-viżwali ta’ fuq Facebook, #stayhomereplay li qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt fuq il-paġna ta’ Replay.

Illejla l-Erbgħa, il-mistiedna ta’ Christian Micallef se jkunu tnejn; il-President ta’ wieħed mill-klabbs tal-Kampjonat Premier Santa Lucia FC, Martin Agius u l-plejer internazzjonali Malti u ta’ Sporting Clube Olhanense, fit-Tielet Diviżjoni Portugiża, Zach Muscat.

Iż-żewġ interventi virtwali mistennija jkunu interessanti ferm, hekk kif fil-każ ta’ Agius, dan hu wieħed mill-persuni li kellu sehem attiv u importanti fis-Social Dialogue tal-MFA, għan-nom tal-klabbs tal-Kampjonat Premier u għalkemm ftit li xejn jagħti kummenti fil-media, l-interventi tiegħu dejjem kienu b’sustanza. Filwaqt li Muscat, ftit tal-jiem ilu kien deċiż li l-Kampjonat li kien qed jilgħab fih hu fil-Portugall twaqqaf u mhux se jitkompla, b’konsegwenza li minkejja li l-klabb tiegħu jinsab l-ewwel fil-Kampjonat, xorta waħda mhux se jikseb promozzjoni. Dwar din id-deċiżjoni deskritta bħala inġusta fil-konfront ta’ Sporting Clube Olhanense, Muscat se jkun qed jitkellem fid-dettall f’#stayhomereplay tal-lejla li jibda fid-9.00pm.

Intant il-programm ta’ nhar it-Tnejn li għadda, laħaq il-5,000 views fuq Facebook; ammont li hu ‘l fuq mill-medja ta’ udjenza li qed issegwi dan il-programm ġdid ta’ Replay. L-istatistika ta’ Facebook qed turi bl-aktar mod ċar, li #stayhomereplay qed jikber kontinwament fil-popolaritá tiegħu. Il-programm #stayhomereplay tal-lejla l-Erbgħa, b’xandira Premiere fuq Facebook, tistgħu ssegwuh anke permezz ta’ dan il-link ta’ taħt li qed jidher f’dan l-artiklu, mid-9.00pm ‘il quddiem fuq il-paġna ta’ Replay:

The post #stayhomereplay illejla fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay | Mistiedna Martin Agius u Zach Muscat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here