Home Net News Eks Ministru Franċiż kontra li jsir it-Tour de France

Eks Ministru Franċiż kontra li jsir it-Tour de France

5
0
SHARE
Advertisement

L-eks Ministru Franċiż tal-isport, David Douillet qal li jekk isir it-Tour de France, dan ikun att kriminali kontra l-umanità. Il-pandemija tal-coronavirus affettwat l-isport kollu madwar id-dinja, fosthom iċ-ċikliżmu b’numru ta’ avvenimenti jiġu ikkanċellati jew posposti. S’issa, it-Tour de France huwa wieħed mill-ftit avvenimenti li għadha ma ittiħdietx deċiżjoni dwaru.

Ix-xahar li għadda, il-Ministru tal-Isport Franċiż, Roxana Maracineanu f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qalet li kien kmieni wisq biex tittieħed deċiżjoni dawr it-Tour de France, u jekk dan kellu jsir, isir mingħajr spettaturi biex jonqos ir-riskju li tinxtered l-infezzjoni. It-Tour de France mistenni jsir bejn is-27 ta’ Ġunju u d-19 ta’ Lulju.

The post Eks Ministru Franċiż kontra li jsir it-Tour de France appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here