Home Net News Fl-Awstralja mġiegħla joħorġu jivvotaw – l-każi tal-COVID-19 jitilgħu għal 3,500

Fl-Awstralja mġiegħla joħorġu jivvotaw – l-każi tal-COVID-19 jitilgħu għal 3,500

3
0
SHARE
Advertisement

Minkejja l-kriżi u l-biża’ li qed joħloq il-Coronavirus, ċittadini fl-istat Awstraljan ta’ Queensland ġew obbligati joħorġu jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali, bit-theddida li jeħlu multa ekwivalenti għal €74 jekk ma jivvotawx. Dan minkejja li l-persuni għadhom qed jiġu mħeġġa sabiex ma joħorġux minn djarhom kawża tat-tixrid ta’ Covid-19.

Kelliema għall-Awtoritajiet tas-Saħħa tal-istat sostnew li kien sigur li persuna toħroġ tivvota ġaladarba l-votanti jżommu mal-linji gwida tas-social distancing.

Madanakollu xorta waħda kienu rapportati kjuwijiet twal barra l-postijiet ta’ votazzjoni ankè minħabba l-fatt li kien qed jiġi limitat l-ammont ta’ persuni li bdew jiddaħħlu fil-binijiet. Il-pubbliku ġie mitlub ukoll sabiex saħansitra jġib miegħu bajrow mid-dar.

Dan kollu kien qed iseħħ fl-isfond li fl-Awstralja l-każi żiedu bi 3,500 u l-imwiet laħqu l-14. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Prim Ministru Scott Morrison għalaq l-barijiet, ristoranti u ċinema kif ukoll ħeġġeġ lill-poplu sabiex jibqa’ ġewwa.

Dan filwaqt li l-funerali tħallew isiru basta jkun hemm 10 persuni jew inqas. Hekk ukoll it-tiġijiet bir-restrizzjoni għal 5 minn nies.

The post Fl-Awstralja mġiegħla joħorġu jivvotaw – l-każi tal-COVID-19 jitilgħu għal 3,500 appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here