Home Net News L-UE tivvota dwar pakkett ta’ għajnuna ta’ €37 biljun lill-Membri Stati

L-UE tivvota dwar pakkett ta’ għajnuna ta’ €37 biljun lill-Membri Stati

2
0
SHARE
Advertisement

Il-Ħamis filgħodu, il-Parlament Ewropew ivvota dwar pakkett ta’ għajnuna finanzjarja ta’ €37 biljun biex jimmitigaw il-problemi li qed jiffaċċjaw is-37 Membru Stat, bl-impatt tal-Covid-19.

F’Parlament pratikament vojt, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tkellmet dwar dan il-pakkett straordinarju li l-għan tiegħu hu li jgħin lill-pajjiżi Ewropej kemm biex jiġi miġġieled il-virus, kif ukoll biex itaffi l-piż ekonomiku fuq il-pajjiżi u jgħin sabiex ma jintilfux impjiegi f’dan iż-żmien ta’ sfida.

F’post fuq il-media soċjali, il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Robert Metsola qalet li hija tefgħet il-vota tagħha onlajn favur dan il-pakkett ta’ għajnuna, li minnhom Malta se tkun qed tirċievi madwar €50 miljun.

Ir-riżultat tal-vot ikun magħruf għall-ħabta tan-12.30pm.

The post L-UE tivvota dwar pakkett ta’ għajnuna ta’ €37 biljun lill-Membri Stati appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here