Home Net News Jispiċċa jissielet għal ħajtu wara hit and run fiż-Żejtun

Jispiċċa jissielet għal ħajtu wara hit and run fiż-Żejtun

4
0
SHARE
Advertisement

Raġel mill-Gambja kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’hit and run.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun meta fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-barrani kien intlaqat minn vann li baqa’ sejjer.

Filwaqt li l-vittma ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi serji, aktar tard Taljan ta’ 49 sena residenti Marsaskala rrapporta fl-Għassa taż-Żejtun li kien laqat il-persuna.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Intant l-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

The post Jispiċċa jissielet għal ħajtu wara hit and run fiż-Żejtun appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here