Home Net News Il-ħaddiema tal-Gvern inċentivati biex joffru xahar paga għall-kriżi tal-COVID-19

Il-ħaddiema tal-Gvern inċentivati biex joffru xahar paga għall-kriżi tal-COVID-19

3
0
SHARE
Advertisement

Fi dawl tal-kriżi tal-Coronavirus, il-ħaddiema tal-Gvern qed ikunu inċentivati sabiex joffru paga ta’ xahar, parti minn salarju jew anki donazzjoni tal-leave volontarjament. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar, se jieħu rendikont ċar tal-persuni li taw il-paga u kemm taw għotjiet għal skopijiet amministrattivi u audits fil-futur.

Dan joħroġ minn ittra li rċieva NET News il-Ħamis filgħodu, u li ntbagħtet lill-ħaddiema kollha mal-Gvern taċ-ċivil u tas-settur pubbliku. Il-ħaddiema huma mħeġġa jagħmlu dan bħala solidarjetà fil-kriżi li qiegħed fiha l-pajjiż kawża tal-Coronavirus.

Il-flejjes mogħtija mill-ħaddiema tal-Gvern se jmur f’fond miżmum mit-Teżor filwaqt li l-leave se jintefa’ fil-bank tal-leave, li se jkun ġeneruż ma’ dawk li jkollhom il-ħtieġa tiegħu fil-mument.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni se jżomm rendikont ċar u seperat ukoll għal min se jagħti l-leave minn tiegħu, fid-dawl li splodew it-talbiet ta’ assistenza għal raġunijiet umanitarji u anke b’rabta mal-fatt li t-tfal huma bla skola.

Minkejja li qed jippromwovu dan il-ġest, li se tittieħed nota tagħha, l-ittra tgħid li ħadd m’għandu jħossu obligat li jagħmel donazzjoni fid-dawl ta’ ċirkostanza partikolari tal-ħaddiema individwali.

Kull offerta se tinġabar fuq dawn iż-żewġ imejls, tal-leave fuq covidpsw.opm@gov.mt filwaqt li tal-offerti finanzjarji fuq covidrps-psd.opm@gov.mt. L-għotja tista’ tingħata ukoll lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-ħaddiem rispettiv.

The post Il-ħaddiema tal-Gvern inċentivati biex joffru xahar paga għall-kriżi tal-COVID-19 appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here