Home Net News Iċċelebrat Jum il-Mara b’risq Hospice Malta

Iċċelebrat Jum il-Mara b’risq Hospice Malta

4
0
SHARE
Advertisement

Nhar is-6 ta’ Marzu li għadda, saret attività f’Palazzjo Parisio fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, li d-dħul minnha mar għal Hospice Malta.

Aktar minn 150 mara nġabru biex jiċċelebraw din il-ġurnata filwaqt li għenu biex inġabru fondi għal Hospice Malta, NGO li tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva mingħajr ħlas, għal aktar minn 1,000 pazjent kull sena.

Hospice Malta bħalissa qiegħda tiġbor fondi għal St Michael Hospice, kumpless ġdid li qiegħed jinbena għall-pazjenti tagħhom.

Dawk li attendew l-avveniment ta’ Jum in-Nisa gawdew ġurnata sabiħa b’riċeviment speċjali, grazzi għal diversi sponsors. Hospice Malta organizzat ukoll raffle u qassam rigal żgħir lin-nisa kollha preżenti. L-attività saret fbl-għajnuna ta’ diversi sponsors.

Dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil Hospice Malta huma ġentilment imħeġġa jżuru https://hospicemalta.org/product/donation-general/ u jagħmlu donazzjoni online.

The post Iċċelebrat Jum il-Mara b’risq Hospice Malta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here