Home Net News Bastiment jinqasam fi tnejn minħabba l-maltemp

Bastiment jinqasam fi tnejn minħabba l-maltemp

2
0
SHARE
Advertisement

Bastiment li kien qed ibaħħar ftit mili ‘l bogħod minn Malta, fl-ibħra territorjali Maltin, inqasam fi tnejn wara li beda’ jidħollu l-ilma.

Jidher li l-istruttura tal-vapur ma felħitx għall-maltemp li sabu ruħu fih, u ftit wara li beda dieħel l-ilma, il-vapur inqasam f’żewġ biċċiet.

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-vapur Lady Sandra bagħtu Mayday lill-Forzi Armati ta’ Malta għall-ħabta tad-9.30am, li marru fiż-żona fejn kien jinsab il-vapur fix-xlokk ta’ Malta. Kien hawn li sabu tlett membri tal-ekwipaġġ, żewġ Eġizzjani u wieħed Rumen, li ġew salvati u ttellgħu abbord il-Patrol Boat Melita 1.

Jidher li għal tul ta’ ħin, il-bastiment inqabad f’mewġ għoli madwaq sular u nofs.

L-operazzjoni ntemmet b’wiċċ il-ġid, bit-tlett baħrin salvati jittieħud fuq l-art għall-ħabta tal-11.30am.

The post Bastiment jinqasam fi tnejn minħabba l-maltemp appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here