Home Net News Il-pajjiż għandu jiġġieled il-corona virus bit-teknloġija

Il-pajjiż għandu jiġġieled il-corona virus bit-teknloġija

3
0
SHARE
Advertisement

– Ivan J.Bartolo, NN

Għandu jitwaqqaf kumitat tekniku kif il-pajjiż jiġġieled il-problema tal-corona virus bit-teknoloġija.

Dan qalu
d-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo fil-parlament fejn appella
biex ma jkunx hemm partiġġjaniżmu politiku f’din il-problema u
biex il-pubbliku jkun informat kif jista’ jasal għall-inizjattivi li
ħabbar il-Gvern.

Għalhekk il-Gvern għandu jagħti l-informazzjoni neċessarja, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li t-tielet pakkett finanzjrju kien fid-direzzjoni t-tajba iżda mhux biżżejjed.

Id-deputat Nazzjonalista tratta kumpaniji li joperaw fit-turiżmu li llum ixxotta totalment u qal li dawn il-kumpnaiji llum iridu jaġġustaw l-operat tagħhom.

Ivan
J.Bartolo qal li meta jitkeċċew il-ħaddiema l-kumpnaiji jkunu qed
jitilfu l-ħiliet tal-ħaddiema. Ħadd m’hu jifhem dan il-virus u
għalhekk hemm bżonn l-imħuħ ta’ kulħadd, sostna id-deputat
Nazzjonalista, li qal li t-teknoloġija hi għodda li għandha tkun
użata billi jinstab mezz biex in-nies li jkunu qed jimirdu jkunu
identifikati.

The post Il-pajjiż għandu jiġġieled il-corona virus bit-teknloġija appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here