Home Net News Il-Gvern għandu jiddikjara għaliex ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Il-Gvern għandu jiddikjara għaliex ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Viċi-Kap tal-PN, David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li l-Gvern għandu jididkjara għaliex ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fil-parlament David Agius qal li l-Oppożizzjoni ħarġet proposti konkreti quddiem din il-kriżi li ffukaw fuq diversi setturi fosthom il-bżonn it-tnaqqis ta’ 50% fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Illum il-familji qed jużaw iktar id-dawl u l-ilma u għalhekk se jiżdied il-piż tal-kontijiet. B’mod awtomatiku dawn il-kontijiet għandhom jitraħħsu, appella David Agius, li insista li l-PL għandu jiddikjara jekk għandux kontijiet pendenti dwar id-dawl u l-kontijiet.

Dan wara li l-Prim Ministru Robert Abela attakka lill-PN dwar il-kontijiet tiegħu. Fuq kollox, il-Gvern għandu ħafna kontijiet pendenti mal-poplu Malti fosthom f’refunds tal-VAT.

David Agius qal li l-Prim Ministru għandu jħares lejn sħabu li jaqilgħu €5,000 kuljum, lejn l-iskandlu tal-Electrogas, lejn il-kuntratt infami li sar fl-isptarijiet u lejn il-korruzzjoni li qed iħallas għaliha l-poplu.

Il-Gvern għandu jagħti raġuni waħda għaliex ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma meta barmil żejt illum hu 20 dollaru u se jibqa’ jinżel. Il-Gvern ma jridx lanqas iraħħs il-petrol u d-diesel, sotsna David Agius, li kompla li dan hu Gvern li ma ħasibx għall-poplu iżda ħaseb għal ta’ madwaru li ħasbu għal buthom.

Mill-iskandlu tal-Electrogas, €40 miljuni marru fi bwiet korrotti, sostna David Agius, li żied li llum hemm ħafna iktar korruzzjoni; apparti s-€70 miljun fis-sena li qed jieħdu Steward.

The post Il-Gvern għandu jiddikjara għaliex ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here