Home Net News “Flimkien bħala nazzjon wieħed, poplu wieħed” – Adrian Delia

“Flimkien bħala nazzjon wieħed, poplu wieħed” – Adrian Delia

3
0
SHARE
Advertisement

F’artiklu li deher fil-ġurnal ‘Times of Malta’, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li “Qed niffaċċjaw battalja twila u diffiċli imma waħda li rridu nirbħu.”

Adrian Delia qal li “Aħna se nirbħu għax nafu l-għadu, nafu n-nuqqasijiet tiegħu u qed niżviluppaw l-armi li jeqirduh. Sa dak iż-żmien li dan il-vaċċin kontra l-coronavirus ikun żviluppat, irridu nieħdu l-miżuri kollha possibbli biex ngħixu.”

Fid-dawl tal-fatt li f’Malta, issa qegħdin fil-fażi ta’ trasmissjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li “Kieku aħna bħala nazzjon, aġixxejna iktar malajr u b’aktar fermezza fil-kontroll tal-fruntieri, probabbilment kien ikollna inqas każijiet importati. Kieku aġixxejna aktar ħeffa billi nillimitaw l-interazzjoni soċjali, rajna ess-trasmissjoni lokali.”

Hu saħaq li issa qed nidħlu f’fażi kritika as-sitwazzjoni, f’punt fejn irridu niżguraw li d-domanda addizzjonali fuq is-servizzi tas-saħħa tintlaħaq bi provvista adegwata ta’ faċilitajiet u persunal mediku.

Għal darb’oħra, Adrian Delia reġa’ wera fiduċja sħiħa fl-awtoritajiet tas-saħħa tagħna li qed jaħdmu l-ħin kollu biex jimmaniġġjaw din is-sitwazzjoni diffiċli.

Hu fakkar li l-Oppożizzjoni, offriet l-għajnuna u r-riżorsi kollha tagħna biex tgħin f’din il-ġlieda kontra l-COVID-19.

Il-Kap tal-PN qal li “Din mhix biss emerġenza għas-saħħa. Dan huwa ugwalment emerġenza ekonomika.” Dan fid-dawl tal-fatt li ħafna kumpaniji globali qed jindikaw l-inkapaċità tagħhom li jittrattaw din il-kriżi fit-tul.

Il-biċċa l-kbira tan-negozji raw id-dħul tagħhom jonqos daqs 90%. Dawn il-kumpaniji qed jiffaċċjaw problemi immedjati tal-flus. Huma m’għandhomx flus biex iħallsu l-pagi, il-kera u l-ispejjeż tal-utilità biex iżommu l-kumpanija tagħhom ħajja.

F’sitwazzjoni bħal din, l-ewwel tentazzjoni hija li tnaqqas il-kont tal-pagi jew billi tnaqqas is-salarji jew tħalli ħaddiema. Din hija s-sitwazzjoni li tista’ tgħin lill-kumpanija fuq medda qasira ta’ żmien iżda se tillimita l-abbiltà tagħna bħala nazzjon li noħorġu minn din il-kriżi bl-aqwa mod possibbli, kompla jgħid Adrian Delia.

Il-Kap tal-PN qal li “Il-gvern jeħtieġ li jagħmel dak kollu possibbli biex jgħin lill-kumpaniji jirkbu fuq il-garża diffiċli.” Fejn fakkar li l-oppożizzjoni qed tagħmel erba’ proposti speċifiċi:

  1. il-gvern għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-ħlas tal-leave tal-kwarantina kollha.
  2. il-gvern għandu jipprovdi 50 fil-mija tas-salarji kollha sa livell massimu li għandu jkun hemm qbil dwaru mal-korpi kostitwiti kollha sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda tkeċċija bla bżonn.
  3. flimkien mal-banek fejn hemm biżżejjed likwidità, il-gvern jeħtieġ li jiżgura li nistgħu nipprovdu skema fejn il-ħlasijiet fuq faċilitajiet ta’ self jiġu posposti.
  4. Skema ġdida ta’ self favur entitajiet li għandhom tali bżonn, li biha l-gvern jaġixxi bħala garanti, u joffri moratorju fuq il-ħlas lura ta’ kapital u r-rati ta’ imgħax jinżammu fl-iktar livell baxx possibli.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li “Jekk il-gvern ma jintervjenix biex isalva l-impjiegi, ikun milqut b’mod doppju u jispiċċa biex jitlef id-dħul mit-taxxa u jispiċċa jkollu jħallas aktar flus f’benefiċċji.”

Fl-aħħar jiem l-oppożizzjoni talbet ukoll tnaqqis ta’ 50% fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, speċjalment issa li l-prezz taż-żejt naqas b’mod sinifikanti.

Dawn il-miżuri jkunu bidu tajjeb u jagħtu nifs lill-ekonomija hekk kif tħejji ruħha għall-ġimgħat iebsin li ġejjin.

Adrian Delia tkellem dwar l-aħħar miżuri li ħabbar il-gvern din il-ġimgħa fejn saħaq li “Jekk xejn, urew miżura ta’ arroganza u insensittività u ġustament ġabu kundanna immedjata minn nies fin-negozju.”

“Dan il-gvern, li għal snin ilu ftaħar b’rendiment ekonomiku qawwi u b’bilanċ pożittiv, għandu jipprova l-iżvantaġġ ekonomiku tiegħu,” kompla jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Hu fakkar kif fl-2009 waqt reċessjoni globali, amministrazzjoni Nazzjonalista ma kellha l-ebda riflessjoni jew it-tieni ħsibijiet dwar dak li hemm bżonn isir u għamlet dak li kellu jsir għall-id tal-familji Maltin u Għawdxin.

Dak iż-żmien, gvern imexxi mill-PN poġġa l-impjiegi bħala l-prijorità ewlenija tiegħu. Imbagħad ħadem bla heda biex isostni t-turżmu. Ir-riżultat aħħari kien li Malta ħarġet mill-ġlieda kontra r-reċessjoni u għas-snin li ta’ wara rajna l-ekonomija tagħna tikber b’mod qawwi.

“Il-Prim Ministru Robert Abela għandu jadotta l-istess approċċ.” kompla Adrian Delia.

Fl-aħħar snin il-Gvern għażel li jinjora l-parir tal-Oppożizzjoni u issa jrid li l-intrapriża privata tbati l-piż tal-waqgħa ekonomika. “Din mhix it-triq ‘il quddiem. Dan huwa ż-żmien fejn il-gvern irid juri li huwa verament favur in-negozju. Dan huwa l-waqt biex turi li tista’ tmexxi l-ekonomija u mhux sempliċement tibbaża fuq trattamenti biex tgħolli l-GDP.” qal Adrian Delia.

Il-Kapt tal-PN kompla jisħaq li l-oppożizzjoni qed ntagħmel il-parti tagħha. “Aħna qegħdin noħorġu bi proposti minkejja li l-gvern għamilha ċara sew li ma jridx li nkunu madwar il-mejda. Dan huwa ħażin.” kompla jgħid Adrian Delia.

Adrian temm l-artiklu tiegħu billi qal li “Dan jista’ jkun żmien għal anqas interazzjoni soċjali iżda ċertament huwa l-waqt li għandna bżonn, bħala pajjiż, li ningħaqdu aktar, nissaljaw aktar.”

“Irridu negħlbu l-ostakli kollha jekk naġixxu flimkien bħala nazzjon wieħed, poplu wieħed.” temm jgħid il-Kap tal-PN.

The post “Flimkien bħala nazzjon wieħed, poplu wieħed” – Adrian Delia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here