Home Newsbook Regoli ġodda għal sehem fiċ-Champions League?

Regoli ġodda għal sehem fiċ-Champions League?

5
0
SHARE
Advertisement

Il-klabbs
tal-Premier League jaf ikunu sfurzati jgħaddu minn rotta aktar diffiċli  biex jikkwalifikaw għaċ-Champions League.
Jidher li d-diskussjonijiet dwar dan qabdu pass mgħaġġel.

Ir-rebbieħa
Daniżi, Copenhagen ipproponew idea ġdida lill-kbarat tal-Uefa wara li frustraw
ruħhom dwar li fatt li ma jistgħux jikkompetu fiċ-Champions League minħabba
s-sistema ta’ koefiċċjent tal-pajjiż. Skont ir-regoli tal-preżent, kull pajjiż
jingħata numru ta’ postijiet fiċ-Champions League ibbażati fuq is-suċċess li
l-klabbs jiksbu f’pajjiżhom.

Eżempju l-aqwa
erba’ kampjonati – il-kampjonat Spanjol, Ingliż, Ġermaniż u Taljan – jingħataw kollha
erba’ postijiet. Min-naħa l-oħra, nazzjonijiet oħra ma jkollhom l-ebda tim
garantit li jikkompeti fit-turnew u b’hekk ikollhom jgħaddu minn fażi ta’
kwalifikazzjoni.

Skont il-format
li qed ikun propost issa, kul klabb li jikkwalifika għall-kompetizzjoni għandu
jkun ikklassifikat minn numru wieħed sa 79 ibbażat fuq ir-riżultati li kisbu
fl-aħħar diċenju. Biex umbad l-ewwel 20 mill-klassifika jkunu awtomatikament
jikkwalifikaw għall-istadju tal-gruppi taċ-Champions League.

It-22 tim ta’
wara jidħol fit-turnew fl-ewwel rawnd ta’ kwalifika. It-13 ta’ wara dawk
għandhom jingħaqdu fil-kompetizzjoni fit-tieni stadju, bi 12 oħra jidħlu
fit-tielet rawnd u l-aħħar 12 jidħlu fil-play-offs.

The post Regoli ġodda għal sehem fiċ-Champions League? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here