Home Newsbook Ramona Attard tinħatar fit-Tribunal tal-PA; “għandha kredenzjali partiġġjani”

Ramona Attard tinħatar fit-Tribunal tal-PA; “għandha kredenzjali partiġġjani”

5
0
SHARE
Advertisement

Ramona Attard inħatret fit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, skont il-gazzetta tal-Gvern. L-għaqda Repubblika qalet li Attard għandha biss kredenzjali partiġġjani.

Dr Ramona Attard kienet waħda mill-uffiċjali tal-komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-PM taħt Joseph Muscat. Qabel kienet taħdem ma’ One News, il-midja tal-Partit Laburista. Ramona Attard hija wkoll avukata.

Facebook – Silvio Schembri

Fl-14 ta’ Frar fil-Gazzetta tal-Gvern ġie ppublikat li Attard inħatret biex isservi fuq it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar għal perjodu ta’ ħames snin. Id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ mis-7 ta’ Jannar. Il-ħatra ta’ Attard ġiet aċċettata mill-President ta’ Malta George Vella, li huwa eks Ministru Laburista.

L-għaqda favur ir-rispett lejn il-liġijiet Repubblika qalet li hija diżgustata b’din id-deċiżjoni. Qalet li Attard “għandha kredenzjali biss u purament partiġġjani.”

“Il-gvern appunta lil Ramona Attard li l-karriera intiera tagħha kienet fil-Partit Laburista u f’uffiċji politiċi tal-gvern Laburista inkluż bħala kelliema ta’ Joseph Muscat u konsulenta dwar kif tagħmel lil Joseph Muscat jidher sabiħ,” qalet Repubblika fi stqarrija.

Intqal li wara r-riżenja ta’ Muscat minħabba l-korruzzjoni, dawk li ħadmu miegħu qed jiġu ” ippremjati b’karigi fis-servizz pubbliku.”

“Il-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar hu korp kważi-ġuridiku li jrid jiffunzjona independentement mill-Gvern. Il-ħatra ta’ Ramona Attard tirriduċi dan il-Bord bħala ħalq ieħor li minnu jiekol il-Partit Laburista,” qalet l-għaqda.

“Għalkemm għad m’hix implimentata, The Times of Malta qed tirraporta li hemm pożizzjoni fil-Gvern maħsuba għal Randolph Debattista li sar problema tal-pajjiż kollu għax il-Partit Laburista m’għadux iridu Kap Eżekuttiv tiegħu. Ħadd ma jingħata bi dritt pożizzjoni fil-Gvern għax jitlef xogħlu fil-privat. Imma għall-privileġġati tal-Partit Laburista issir eċċezzjoni,” qalet Repubblika.

Fl-2014 id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, f’sessjoni tal-Parlament waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet, staqsa kemm-il darba jekk hux sewwa li “ekx ġurnalista tas-Super One” ikollha l-istess responsabilità fit-teħid tad-deċiżjonijiet b’rabta mal-futur ta’ membri tal-Forzi Armati. Kien qed jirreferi għal Ramona Attard.

The post Ramona Attard tinħatar fit-Tribunal tal-PA; “għandha kredenzjali partiġġjani” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here