Home Newsbook Il-Papa Franġisku jħossu ma jiflaħx; iħassar attività

Il-Papa Franġisku jħossu ma jiflaħx; iħassar attività

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Papa Franġisku jinsab kemxejn indispost u ħassar attività ġo bażilika f’Ruma, imma qed ikompli bl-iskeda tiegħu minn ġor-residenza tiegħu stess.

Dan tħabbar mill-Vatikan illum. Ingħad li l-Papa, li għandu 83 sena, ipprefera jibqa’ ġo Santa Marta, fejn joqgħod hu.

Il-Papa deher li kellu riħ, u kellu leħnu ftit maħnuq meta tkellem fl-udjenza ġenerali lbieraħ. Waqt il-quddiesa ta’ Ras ir-Randan fil-Vatikan ilbieraħ, beda jisgħol.

Dalgħodu kellu jmur il-Bażilika ta’ San Ġwann f’Lateran għal quddiesa tar-Randan mal-qassisin.

Il-Papa Franġisku għandu parti minn kilwa minnhom nieqsa, peress li tneħħiet meta kien għad kellu ftit iżjed minn 20 sena wara li kellu t-tuberkulożi. Huwa jbati wkoll bix-xatka, li sikwit imur għal terapija fiżika minħabba fiha. Madankollu, huwa jidher li hu f’saħħtu, u minn mindu laħaq Papa għamel madwar erba’ vjaġġi internazzjonali.

Xi quddies ta’ Ras ir-Randan tħassru fi bliet fl-Italja ta’ Fuq minħabba l-coronavirus. Fl-Italja mietu 12-il persuna minħabba dan il-virus, u iżjed minn 400 huma infettati.

The post Il-Papa Franġisku jħossu ma jiflaħx; iħassar attività appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here