Home Newsbook Fil-periklu li jitħassar il-Logħob Olimpiku minħabba l-coronavirus

Fil-periklu li jitħassar il-Logħob Olimpiku minħabba l-coronavirus

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Logħob
Olimpiku jaf jitħassar għal-kollox jekk il-coronavirus tibqa’ ma tiġix
ikkontrollata. Dan ħabbru l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku. Il-kap
tal-Kumitat Dick Pound qal li l-logħob tas-Sajf mhux se jiġu posposti, iżda se
jitħassru kompletament minflok. Hu qal li dan il-pass se jittieħed jekk
il-vajrus ma jiġix ikkontrollat.

Aktar minn 80,000
persuna minn madwar id-dinja diġà ġew infettati bil-coronavirus, u minnhom
mietu 2,700. Dan jinklui erba’ persuni fil-Ġappun stess.

L-Olimpjadi
tħassru biss darba fil-124 sena li ilhom isiru. Inċidentalment dawn kienu
tħassru wkoll fil-Ġappun. L-edizzjoni tal-1940 kienet tħassewt minħabba
t-Tienie Gwerra Dinija. U issa qed ikun ikkunsidrat li jitħassru minħabba
l-coronavirus.

Pound spjega kif l-allokar mill-ġdid tal-logħob ma kinitx se tkun xi ħaġa possibbli. Hu appella lill-atleti biex ikomplu jitħarrġu u ma jiqfux għalissa. Qal li s’issa kollox se jibqa’ miexi mal-pjan.

The post Fil-periklu li jitħassar il-Logħob Olimpiku minħabba l-coronavirus appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here