Home Newsbook Dalwaqt konferenza dwar il-coronavirus

Dalwaqt konferenza dwar il-coronavirus

5
0
SHARE
Advertisement

Is-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci se tagħti l-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus f’Malta.

Tħabbret konferenza stampa fit-3pm fl-uffiċċju tas-Sovritendenza fl-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa.

Konferenza stampa simili saret jumejn ilu, li fiha s-Supretendent qalet li m’hawn l-ebda każ ikkonfermat tal-coronavirus f’Malta. Hija spjegat il-prekawzjonijiet li qegħdin jittieħdu fil-konfront ta’ dan il-virus.

Intant, għada msieħba ewlenin fil-qasam turistiku se jiltaqgħu biex jiddiskutu s-sitwazzjoni b’rabta mal-coronavirus, skont il-Ministeru għat-Turiżmu. Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Turiżmu qal li minn għada se jibda jiltaqa’ l-kumitat magħmul mill-imsieħba ewlenin fl-industrija tat-turiżmu minħabba l-COVID-19.

The post Dalwaqt konferenza dwar il-coronavirus appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here