Home One News Jinżammu arrestati wara li serqu arloġġ Rolex minn Tas-Sliema

Jinżammu arrestati wara li serqu arloġġ Rolex minn Tas-Sliema

3
0
SHARE
Advertisement

Daniele Landolfi ta’ 30 sena u Francesco Tanzi ta’ 38 sena, it-tnejn mill-Italja nżammu taħt arrest wara li tressqu l-qorti mixlija li wettqu u li kienu kompliċi f’serqa ta’ arloġġ tat-tip Rolex minn Tas-Sliema fit-23 ta’ Frar. Huma kienu mixlija wkoll li kienu parti minn organizzazzjoni bil-ħsieb li jwettqu reati kriminali u li pparteċipaw fl-attivitajiet kriminali tal-organizzazzjoni.

Huma kienu akkużati wkoll li saqu muturi mingħajr polza tal-assigurazzjoni u li huma riċedivi.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom u ma talbux għall-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Fabian Fleri f’isem il-Prosekuzzjoni talab sabiex il-qorti taħtar esperti biex jeżaminaw il-mobiles taż-żewġ akkużati għax spjega li l-Pulizija għada qed tfittex żewġ persuni oħra b’rabta ma’ dan il-każ.

Il-Qorti ma aċċettatx it-talba iżda qalet biex it-talba ssir quddiem il-Maġistrat li se jisma l-każ.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here