Home Newsbook Tkompli tinstema’ l-evidenza dwar il-qtil ta’ Chantelle Chetcuti

Tkompli tinstema’ l-evidenza dwar il-qtil ta’ Chantelle Chetcuti

3
0
SHARE
Advertisement

Illum se tkompli tinstema’ l-evidenza dwar il-qtil ta’ Chantelle Chetcuti, li nstabet b’sikkina mniffda f’rasha f’Ħaż-Żabbar fit-2 ta’ Frar.

L-akkużat huwa l-eks sieħeb tal-vittma. Għandu 33 sena u huwa minn Ħal Safi, fejn il-koppja kienet toqgħod flimkien maż-żewġ uliedhom.

LIVE

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Raġel jgħid li kien ma’ Chantelle Chetcuti fil-klabb tal-futbol ta’ Ħaż-Żabbar. Ħin minnhom ġie l-akkużat u qal li ried ikellem lil Chetcuti. Hi ma riditx tkellmu.
  • Chetcuti ħarġet mill-klabb. L-akkużat ħareġ warajha. Ftit wara daħal xi ħadd jgħajjat għall-ambulanza.
  • Xehed ir-raġel li kien l-ewwel li sab lill-vittma mal-art. Jgħid li kellha sikkina mwaħħla f’rasha.

Il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

L-avukati tad-difiża huma Franco Debono, Marion Camilleri, u Francesca Zarb.

The post Tkompli tinstema’ l-evidenza dwar il-qtil ta’ Chantelle Chetcuti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here