Home Newsbook “Smajt b’Operation Sofia?” – Gafà lil Cassola wara li talab investigazzjoni mill-ICC

“Smajt b’Operation Sofia?” – Gafà lil Cassola wara li talab investigazzjoni mill-ICC

6
0
SHARE
Advertisement

L-eks uffiċjal tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà wieġeb
lura lil Arnold Cassola, wara li l-kandidat indipendenti ssottometta lment
quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC). Hu talab lil din il-Qorti
tinvestia x’kien l-involviment ta’ Gafà fl-isfurzar tar-ritorn ta’ immigranti
lejn il-Libja wara li dawn ippruvaw jaħarbu mill-gwerra.

Fl-email tiegħu lill-ICC, Cassola żied link għal intervista
li dehret fuq MaltaToday.

“Jekk dak li nkiteb huwa minnu, dan huwa ksur ta’ drittijiet
umani bażiċi u jikkonstitwixxi ksur serju ta’ liġijiet internazzjonali,” kiteb
Cassola. Hu żied jgħid li jekk joħroġ li kien hemm xi tip ta’ ksur, mela kemm
Gafà u kemm l-eks Prim Ministru Joseph Muscat għandhom jiġu investigati. Qal li
dan għandu jsir ladarba Muscat kien ħalla lil Gafà jeżegwixxi dan il-ksur.

Hu u jirreaġixxi għar-rapporti dwar l-ittra ta’ Cassola, Gafà staqsa jekk hu kienx sema’ b’Operation Sophia u jekk kienx konxju dwar l-iskop tagħha. Fil-kitba tiegħu fuq Facebook, Gafà li huwa assoċjat mal-iskadlu tal-visas mediċi, qal li ftit tal-jiem ilu, il-Ministri għall-Affarijiet Ewropej fl-UE skjattaw ħidma navali ġdida fiċ-Ċentru tal-Mediterran li wasslet għat-tmiem ta’ Operation Sophia.

Hu staqsa jekk Cassola hux se jkun qed jikteb lill-ICC
sabiex tiftaħ investigazzjoni f’Joseph Borrell jekk l-investigazzjoni jkollha
tingħalaq.

NGOs li joperaw bastimenti ta’ tiftix u salvataġġ repetutament irrappurtaw li l-Gwardja tal-Kosta Libjana mhux ta’ min jafda fuqhom.

Gafà jixhed fl-inkjesta pubblika

Wara li l-kuntratt ta’ Gafà mal-Gvern ma ġiex imġedded, hu xehed quddiem il-Bord ta’ Inkjesta Pubblika. Ix-xhieda tiegħu seħħet il-ġimgħa li għaddiet. Hu qal li għandu passaport diplomatiku u argumenta li x-xogħol sigriet tiegħu fil-Libja salva “eluf ta’ ħajjiet”. Gafà qal lill-Bord li xogħolu kien li jikkordina bejn l-awtoritajiet Libjani u l-Forzi Armati ta’ Malta.

Ftehim sigriet mal-Libja

F’Novembru li għadda, it-Times of Malta żvelat kif Malta nnegozjat ftehim sigriet mal-Libja dwar l-immigranti. Il-ftehim kien ifisser li l-Forzi Armati ta’ Malta taħdem mal-Gwardja tal-Kosta Libjana biex tinterċetta immigranti li jkunu ġejjin lejn Malta. Dawn l-immigranti jiġu rritornati l-Libja. Skont it-Times of Malta, il-ftehim kien parzjalment negozjat minn Gafà.

Talba għal inkjesta

Is-Civil Society Network (CSN) talbet lill-Prim Ministru Robert
Abela sabiex jiftaħ inkjesta pubblika u indipendenti fil-ftehim illegali bejn
il-Gvern Malti u l-Gwardja tal-Kosta Libjana li seta wassal għall-mewt ta’ eluf
ta’ persuni.

“Ix-xhieda riċenti ta’ Neville Gafà tissuġġerixxi patt illegali, li jirriżulta fi ksur serju tal-liġijiet internazzjoni tar-refuġjati. Malta effettivament bagħtet eluf ta’ persuni lura għall-qatla,” qalet CSN.

X’inhi Operation Sophia?

Operation Sophia, formalment magħrufa bħala European Union Naval Force Mediterranean (EU NAVFOR Med), hija ħidma militari ta-Unjoni Ewropea. Din kienet ġiet stabbilita wara t-tiġrig ta’ dgħajjes tal-immigranti f’April tal-2015 bil-għan li tinnewtralizza rotot tal-immigranti fil-Mediterran. Il-Kwartieri Ġenerali tagħha jinsabu f’Ruma.

The post “Smajt b’Operation Sofia?” – Gafà lil Cassola wara li talab investigazzjoni mill-ICC appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here