Home Newsbook Sejħa ta’ Arċisqof għall-insara li qed ibatu

Sejħa ta’ Arċisqof għall-insara li qed ibatu

4
0
SHARE
Advertisement

L-Arċisqof
ta’ Southwork fl-Ingilterra għamel appell urġenti għal azzjoni favur l-insara
persegwitati u qal li l-għajnuna lil dawn in-nies hi dover tagħna lkoll u mhux
ta’ xi ħaddieħor.

F’Quddiesa
ċelebrata fil-Knisja tal-Madonna tar-Rużarju f’Surrey, l-Arċisqof John Wilson
tkellem kontra dawk li jibqgħu ma jagħmlu xejn quddiem ir-rapporti kontinwi ta’
persekuzzjoni kontra l-insara.

Il-Quddiesa kienet
ċelebrata qabel żjara li l-Arċisqof għamel fl-Uffiċċji Nazzjonali tal-fergħa
Ngliża tal-karita Pontifiċja Aid to Church in Need. Fl-Omelija l-isqof faħħar
ilo-ħidma ta’ dim l-organiżazzjoni għall-dawk l-insara li qed ibatu.

Mhux aċċettabbli

Hu qal li
l-persekuzzjoni tal-insara “tant saret frekwenti li issa bħal drajniha u donnu
saret aċċettabbli li l-insara jkunu persegwitati minħabba l-fidi tagħhom.  Iżda dan mhux aċċettabbli”.

“Mhux
aċċettabbli li nies jitressqu l-Qorti ċivili jew militari, minħabba t-twemmin
tagħhom. Il-libertà li wieħed jemmen dak li jrid hi essenzjali u jekk ma
nitkellmux aħna dwar dan, ħadd m’hu se jitkellem”, insista Mons. Wilson.

Żied jgħid li
“Is-solidarjetà mal-insara persegwitati hi f’qalbna. Ma għandna qatt naċċettaw
din il-persekuzzjoni. Ma ngħidu din mhux affari tagħna għax fil-verità hi
affarina. Bħala Kattoliċi u bħala nsara għandha tmissilna qalbna.”

“Irrid
nirringrazzja lil Aid to Church in Need u lil dawk kollha li jaħdmu magħha u
jappoġġjawha – għax din qed tpoġġi quddiem id-dinja, quddiem il-Gvernijiet u
l-knejjes lokali kollha, l-importanza li nqumu u nitkellmu favur il-libertà
tat-twemmin, id-dritt li ninġabru għat-talb u li nkunu kapaċi ngħixu u naġixxu
bla ma nkunu persegwitati”, żied jgħid l-Arċisqof.

Tliet passi

Fi knisja
mballata bil-parruċċani u dawk li jappoġġjaw lil Aid to Church in Need,
l-Arċisqof Wilson appella lil kulħadd biex jagħmel tliet affarijiet biex jgħin
lill-insara li qed ibatu:

  • Għidu posta rużarju kuljum għall-Knisja
    persegwitata;
  • Xerrdu l-fatti u l-aħbarijiet dwar din
    il-persekuzzjoni; u
  • Assiguraw li l-komunitajiet parrokkjali
    jieħdu azzjoni biex jgħinu permezz tat-talb u għotjiet.

Hu qal li
hemm “is-solidarjetà tat-talb tagħna u s-solidarjetà ta kliemna u s-solidarjetà
tal-appoġġ finanzjarju tagħna”.

Żied jgħid li
“Aħna, li għandna l-libertà  li
nipprattikaw il-fidi tagħna rridu naġixxu biex ngħinu lil dawk li m’għandhomx
din il-libertà. Din mhux għażla, imma bżonn. Din hi xi ħaġa li rridu nagħmlu.”

The post Sejħa ta’ Arċisqof għall-insara li qed ibatu appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here