Home Newsbook Ronaldo u Messi possibilment jispiċċaw jilagħbu fl-istess tim

Ronaldo u Messi possibilment jispiċċaw jilagħbu fl-istess tim

5
0
SHARE
Advertisement

L-idea li
Christiano Ronaldo jispiċċa jilgħab fl-istess tim ma’ Lionel Messi tinstema
bħal donnha ħolma li ħafna partitarji jixtiequ li sseħħ. Skont rappordi barranin,
din il-ħolma ta’ bosta jaf issir realtà. Dan wara li l-maniġer tal-MLS Adrian
Heath qal li jemmen li l-par jistgħu jispiċċaw il-karriera tagħhom mat-tim ta’
David Beckham – Inter Miami.

L-eks plejer ta’
Manchester United, Reald Madrid u LA Galaxy għandu pjanijiet ambizjużi u Heath
qal li jemm li Beckham għandu l-poter biex jgħaqad il-par flimkien. Hu kompla
billi qal li tkun xi ħaġa inkredibbli għall-futbol fl-Amerka. Spjega kif jekk
hemm persuna li għandha l-fama diġà u li tista’ tagħmel din il-ħolma tal-bosta
realta, hija David Beckham.

Hu rrappurtat li Beckham għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ Ronaldo. Hu għandu 35 sena u potenzjalment daqt jibda jħares lejn sfidi ġodda ‘l barra mill-Ewropa qabel ma jirtira.

The post Ronaldo u Messi possibilment jispiċċaw jilagħbu fl-istess tim appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here