Home Newsbook Fernandes jiskurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ United

Fernandes jiskurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ United

4
0
SHARE
Advertisement

L-ewwel gowl ta’
Bruno Fernandes ma’ Manchester United witta’ t-triq għal rebħa komda kontra
Watford. United li lagħbu f’darhom telgħu fil-ħames post tal-klassifika
tal-Premier League.

Fernandes li
United xtrawh għal madwar €47 miljun f’Jannar li għadd mingħand Sporting
Lisbon, ma falliex milli jiskurja l-penalty. Dan wara li l-gowler ta’ Watford Ben
Foster waqqa’ lill-istess Fernandes fil-kaxxa.

United kienu
ilhom 236 minuta ma jiskurjaw f’darhom. Dan wara li fallew milli jsibu l-lasta
fil-logħob kontra Burnley u Wolves.

Anthony Martial skurja t-tieni gowl u Mason Greenwood li għandu 18-il sena skurja t-tielet wieħed. Wara l-logħba Fernandes qal li kienet il-ħolma tiegħu li jiskurja ġewwa Old Traddord.

Riżultati oħra:

Wolverhampton
Wanderers 3-0 Norwich City

Arsenal 3-2
Everton

The post Fernandes jiskurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ United appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here