Home Newsbook D’Urso mingħajr udjenza fl-istudjo minħabba fil-Coronavirus

D’Urso mingħajr udjenza fl-istudjo minħabba fil-Coronavirus

4
0
SHARE
Advertisement

Il-puntata
tal-lejla tal-programm Live! Non è la D’Urso hi waħda differenti mis-soltu. F’kull
programm il-preżentattriċi jkollha studjo mimli bin-nies li jmorru biex
jassistu għal dak li jkun għaddej b’mod dirett.
Iżda minħabba li l-Coronavirus qed jinfirex u l-Italja issa huwa t-tielet
pajjiż l-aktar milqut minn dan il-virus, qed jevitaw li jkollhom għadd kbir ta’
nies li jkunu miġbura f’post wieħed, f’dan il-każ fi studjo magħluq.

Fil-programm
tal-lejla mistenni jidher l-attur Tork Can Yaman filwaqt li fil-bidu tal-programm
sar kollegament mal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte li spjega s-sitwazzjoni
kif f’bosta reġjuni ngħalqu l-iskejjel, ċinema, ristoranti u bosta postijiet li
fihom jinġabru ħafna persuni.

The post D’Urso mingħajr udjenza fl-istudjo minħabba fil-Coronavirus appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here