Home One News Steward Health Care b’applikazzjoni biex tiżviluppa l-Isptar ta’ San Luqa

Steward Health Care b’applikazzjoni biex tiżviluppa l-Isptar ta’ San Luqa

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Kumpanija Steward Health Care Malta ħabbret li ssottomettiet applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tiżviluppa mill-ġdid l-Isptar ta’ San Luqa fi Gwardamanġia.

Il-kumpanija ħabbret ukoll li kien hemm progress importanti fl-aplikkazzjoni għall-iżvilupp tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fi stqarrija Steward Health Care spjegat kif dan sar wara diskussjonijiet ma’ diversi entitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp ta’ dan it-tip kif ukoll mal-Gvern Malti, b’mod partikolari l-Ministeru tas-Saħħa.

L-iżvilupp fl-Isptar ta’ San Luqa mistenni jżid u jsaħħaħ il-kwalità u l-aċċess ta’ spazji miftuħa u ħodor fl-isptar, jgħaqqad id-daħla ewlenija tal-isptar ma’ Pjazza San Luqa, ittejeb l-immaniġjar tal-parkeġġ tal-karozzi u jsaħħaħ is-sigurtà tal-aċċess tal-iskola pubblika.

Fl-istqarrija, il-President tal-Kumpanija Nadine Delicata qalet li s-sottomissjoni ta’ din l-applikazzjoni għandha warajha ħidma ta’ sena xogħol. Spjegat kif il-kumpanija rat li dan l-iżvilupp ta’ mmodernizzar u titjib fis-servizzi tal-isptar ma joqtolx il-wirt kulturali tal-isptar san Luqa.

Dwar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Dr Delicata qalet li mistennija ssir rinovazzjoni u riġenerar tal-binja tal-isptar. Steward Health Care qalet li b’dan il-proġett, Għawdex ser ikollu faċilità ġdida għall-kura akuta, li ser tkun mgħammra b’servizzi moderna u ta’ kwalità, fosthom żona fejn jinżel il-ħelikopter tal-isptar f’każ ta’ emerġenza.

Hija żiedet tgħid li dan l-iżvilupp u s-servizzi ġodda se jingħaqdu mal-iskola Medika ġdida ta’ Barts li ġiet inawgurata ftit tax-xhur ilu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here