Home One News Tagħrif dwar l-Ewro biex ma jibqgħux jiġu mqarqa bi flus foloz

Tagħrif dwar l-Ewro biex ma jibqgħux jiġu mqarqa bi flus foloz

6
0
SHARE
Advertisement

Eluf ta’ studenti tas-sekondarja li ġejjin minn pajjiżi barra miż-żona Ewro u li qed jistudjaw f’Malta se jkunu qed jirċievu fuljett bl-informazzjoni dwar l-ewro.

B’kollaborazzjoni bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Kurrikulu, Tagħlim tul il-ħajja u Impjegabbilità se jkunu qed iqassmu fuljett bl-informazzjoni mitluba bil-Malti u anke bl-Ingliż ta’ kif wieħed jista’ jagħraf il-flus tal-Ewro awtentiċi minn dawk foloz.

Dan l-eżerċizzju qed isir għaliex kien hemm bosta persuni li m’humiex familjari mal-Ewro li kienu qed jispiċċaw imqarqa bi flus foloz.

Dalgħodu l-Bank Ċentrali għamel preżentazzjoni dwar l-Ewro lil grupp ta’ studenti li jattendu l-iskola ta’ Maria Regina Induction Hub fin-Naxxar fejn studenti minn diversi pajjiżi ingħataw spjegazzjoni dwar l-Ewro, kif ukoll ingħataw il-fuljett.

Il-fuljett fih cut-outs tal-flus biex jgħinu lill-istudenti jkunu familjari mal-flus filwaqt li jistgħu jintużaw mill-għalliema waqt il-lezzjonijiet.

Dan l-eżerċizzju mistenni jilħaq eluf ta’ persuni barranin li jgħixu f’Malta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here