Home Net News Tibda l-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN

Tibda l-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN

2
0
SHARE
Advertisement

Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li qed issir fid-Dar Ċentrali tal-PN, ġie preżentat l-ewwel abbozz tar-riforma tal-PN illi issawret minn Louis Galea; il-persuna li ġie fdat mill-Kap tal-PN Adrian Delia biex imexxi din ir-riforma tal-Partit Nazzjonalista.

Fost l-oħrajn, qed tiġi proposta struttura imsaħħa għall-partit, li tkun tirrifletti l-bżonnijiet tallum.

Id-diskussjoni qed issir f’ambjent ta’ djalogu miftuħ u kostruttiv, bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-membri kollha tal-Eżekuttiv.

Il-laqgħa qed titmexxa mill-President tal-Eżekuttiv Alex Perici Calascione.

Preżenti l-Kap tal-PN Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Din mhix l-ewwel darba li l-PN għaddej minn proċess ta’ riforma u bidliet; pass li huwa kruċjali għat-tiġdid tal-PN.

The post Tibda l-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here