Home Newsbook Tabib jiftaħ rikors kostituzzjonali għal trattament degradanti l-isptar

Tabib jiftaħ rikors kostituzzjonali għal trattament degradanti l-isptar

2
0
SHARE
Advertisement

It-Tabib Naged Megally fetaħ rikors kostituzzjonali kontra l-ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-CEO ta’ Mater Dei Celia Falzon, peress li qal li ngħata “trattament inuman u degradanti.”

Il-każ infetaħ wara li protest ġudizzjarju mressaq mill-istess tabib sitt xhur qabel ma laħaqx l-għanijiet mixtieqa u allegatament irriżulta f’iżjed trattament bħala vittma.

Dr Megally, li jispeċjalizza fil-mediċina tal-fetu, ilu jaħdem fis-settur tas-saħħa ubbliku mill-1993. Huwa sar speċjalista residenti fl-Isptar Mater Dei 11-il sena ilu.

Fil-protest t’Awwissu li għadda, Dr Megally kien għamel residenza għal xi ħaġa li ġrat f’Lulju tal-2018, meta skontu, kellu esperjenza “umiljanti” meta ġie mġiegħel joħroġ minn kamra quddiem il-pazjenti tiegħu. Kien ilmenta mas-CEO tal-isptar, li dak iż-żmien kien Ivan Falzon, fuq dan il-każ u kif ġie ttrattat. Il-Ministru għas-Saħħa kien ordna li ssir inkjesta interna, iżda l-bord tal-inkjesta kien warrab l-ilment tat-tabib. L-applikant qajjem tħassib fuq l-indipendenza u l-imparzjalità ta’ dan il-bord.

It-tabib saħaq li wara dan il-każ, huwa ġie mhedded li jitkeċċa jekk ma jimxix mal-istruzzjonijiet tas-CEO. Apparti hekk, ma ngħatax kopja tar-rapport tal-inkjesta. Għalhekk, imbagħad, fetaħ protest ġudizzjarju fid-29 t’Awwissu 2019 biex jitlob kopja tar-rapport.

Skont it-tabib, is-superjuri tiegħu ħassewhom komdi jittrattawh ħażin minflok ma joħolqu ambjent inklussiv. Żied jgħid li kien hemm tentattivi biex itemmulu l-kuntratt tax-xogħol minħabba d-diżabbiltà tiegħu.

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, it-tabib ħass li kellu jerġa’ jindirizza l-każ permezz tal-Qorti Kostituzzjonali, u għalhekk beda proċeduri kontra l-Ministru Fearne u l-Kap Eżekuttiv Celia Falzon.

L-avukati li ffirmaw l-applikazzjoni ta’ Dr Megally, Jonathan Thompson, Ryan Falzon u Andrew Grima, talbu lill-Qorti tiddikjara li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet kienu inumani, degradanti u diskriminatorji. Talbet lill-Qorti tfassal direzzjoni u soluzzjoni adekwata.

Il-Qorti ntalbet ukoll tipprovdi kumpens adekwat għall-allegat ksur tad-drittijiet tat-tabib.

The post Tabib jiftaħ rikors kostituzzjonali għal trattament degradanti l-isptar appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here