Home Net News L-ewwel fatalità fl-Ewropa kawża tal-Coronavirus

L-ewwel fatalità fl-Ewropa kawża tal-Coronavirus

2
0
SHARE
Advertisement

Fi Franza, mara ta’ 80 sena saret l-ewwel persuna fl-Ewropa mietet kawża tal-koronavirus. Il-mara, li hi turista Ċiniża mill-provinċja ta’ Hubei, kienet waslet fi Franza fis-16 ta’ Jannar u tpoġġiet kwarantina fi sptar fil-25 ta’ Jannar qabel tħabbret il-mewt tagħha matul il-ġurnata tas-Sibt.

Hekk kif eluf qed jirritornaw lura ċ-Ċina miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena, l-awtoritajiet f’Beijing ordnaw lil kull min jirritorna lejn il-belt 14-il jum ta’ kwarantina inkella  jirriskja kastig, fl-aħħar attentat biex jiġġieldu kontra l-Coronavirus.

Din il-miżura fil-belt kapitali taċ-Ċina, li fiha jgħixu mal-20 miljun ruħ,
waslet hekk kif l-Eġittu kkonferma l-ewwel każ tal-virus fl-Afrika.

Bosta provinċji Ċiniżi saħansitra għalqu l-iskejjel sal-aħħar ta’ Frar.

S’issa aktar minn 1,500 persuna mietu kawża tal-Coronavirus li oriġina
fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan.

Matul il-ġurnata tas-Sibt, il-kummissjoni nazzjonali tas-saħħa fiċ-Ċina rrappurtat 144 fatalità ġdida, li jġibu l-ammont totali ta’ mwiet għal 1,524.

L-aħħar vittmi kollha ħlief għal erbgħa seħħew fil-provinċja ta’ Hubei. 2,641 persuna oħra ġew ikkonfermati infettati, u b’hekk it-total tela’ għal 66,492.

Barra ċ-Ċina, kien hemm aktar minn 500 każ f’24 pajjiż, u tliet imwiet; f’Hong
Kong, il-Filippini u l-Ġappun.

Sfortunatament aktar minn 1,700 ħaddiem tas-saħħa laqtu l-virus waqt
il-ħidma tagħhom mal-pazjenti. Sitta minn dawn il-ħaddiema tas-saħħa tilfu
ħajjithom.

Fl-aħħar sigħat, fir-Renju Unit, uffiċjali tas-saħħa kkuntattjaw mijiet ta’ persuni li attendew konferenza f’Londra, wara li rriżulta li wieħed minnhom kellu l-coronavirus.

The post L-ewwel fatalità fl-Ewropa kawża tal-Coronavirus appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here