Home Net News In-numri madwar id-dinja tal-Coronavirus s’issa

In-numri madwar id-dinja tal-Coronavirus s’issa

7
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif eluf qed jirritornaw lura ċ-Ċina miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel
tas-Sena, l-awtoritajiet f’Beijing ordnaw lil kull min jirritorna lejn il-belt 14-il
jum ta’ kwarantina inkella  jirriskja
kastig, fl-aħħar attentat biex jiġġieldu kontra l-Coronavirus.

Din il-miżura fil-belt kapitali taċ-Ċina, li fiha jgħixu mal-20 miljun ruħ,
waslet hekk kif l-Eġittu kkonferma l-ewwel każ tal-virus fl-Afrika.

Bosta provinċji Ċiniżi saħansitra għalqu l-iskejjel sal-aħħar ta’ Frar.

S’issa aktar minn 1,500 persuna mietu kawża tal-Coronavirus li oriġina
fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan.

Matul il-ġurnata tas-Sibt, il-kummissjoni nazzjonali tas-saħħa fiċ-Ċina
rrappurtat 143 fatalità ġdida, li jġibu l-ammont totali ta’ mwiet għal 1,523.

L-aħħar vittmi kollha ħlief għal erbgħa seħħew fil-provinċja ta’ Hubei. 2,641 persuna oħra ġew ikkonfermati infettati, u b’hekk it-total tela’ għal 66,492.

Barra ċ-Ċina, kien hemm aktar minn 500 każ f’24 pajjiż, u tliet imwiet; f’Hong
Kong, il-Filippini u l-Ġappun.

Sfortunatament aktar minn 1,700 ħaddiem tas-saħħa laqtu l-virus waqt
il-ħidma tagħhom mal-pazjenti. Sitta minn dawn il-ħaddiema tas-saħħa tilfu
ħajjithom.

Fl-aħħar sigħat, fir-Renju Unit, uffiċjali tas-saħħa kkuntattjaw mijiet ta’
persuni li attendew konferenza f’Londra, wara li rriżulta li wieħed minnhom
kellu l-koronavirus.

The post In-numri madwar id-dinja tal-Coronavirus s’issa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here