Home Newsbook Illum jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista

Illum jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista

7
0
SHARE
Advertisement

Illum se jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista lbieraħ, ingħad li l-Eżekuttiv għandu jibda jiddiskuti x’tibdil għandu jseħħ fl-istruttura u fl-organizzazzjoni tal-partit bl-iskop li jsir partit u oppożizzjoni effettivi bi tħejjija bħala alternattiva għall-Gvern.

Il-laqgħa se ssir fid-9am fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.

L-aħħar laqgħa tal-Eżekuttiv saret nhar it-Tlieta li għadda, u waqtha nħatar Francis Zammit Dimech bħala Segretarju Ġenerali Interim, wara r-riżenja ta’ Clyde Puli mill-kariga.

Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, b’reazzjoni għall-kummenti li Adrian Delia ta lill-midja wara l-laqgħa tal-Eżekuttiv, qalu li “fil-fatt il-membri tal-Eżekuttiv ivvutaw b’maġġoranza kbira ħafna kontra dak li xtaq li jsir Delia”. L-istess membri qalu li fl-Eżekuttiv kien hemm diskussjoni kalma u matura u qiesu l-laqgħa bħala waħda pożittiva u mmexxija tajjeb ħafna mill-President Alex Perici Calascione.

Quddiem il-laqgħa kien hemm diversi riżenji fosthom tal-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo, tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u tal-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono. Minn dawn l-għażla tas-Segretarju Ġenerali biss tista’ ssir mill-Eżekuttiv.

Ilbieraħ is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech kellu l-ewwel laqgħa mal-uffiċjali tal-Kumitati Sezzjonali tal-partit mindu nħatar fil-kariga.

The post Illum jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here