Home Net News Il-Kummissjoni Ewropea b’ultimatum għall-Gvern Malti

Il-Kummissjoni Ewropea b’ultimatum għall-Gvern Malti

4
0
SHARE
Advertisement

L-Unjoni Ewropea tixgħel il-bozza l-ħamra għal Malta. Dan
hekk kif ħeġġet lil Malta sabiex timplimenta programm xieraq ta’ kontroll għat-tniġġis
tal-arja…  kważi sena wara li ma ntlaħqitx id-deadline. 

Rapport fit-Times of Malta jgħid li l-Kummissjoni
Ewropea qalet li flimkien mar-Rumanija u Greċja, Malta għad trid tadotta l-ewwel pjan nazzjonali tagħha sabiex
jitnaqqas it-tniġġis. Malta suppost bagħtet il-programmi
tagħa għall-kontroll tat-tniġġis nazzjonali tal-arja lill-Kummissjoni sa April tas-sena l-oħra.

Malta ripetutament kienet tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-lista ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn il-popolazzjoni
qed tkun esposta għl tniġġis għoli tal-arja. 

Is-sena li għaddiet kien rappurtat kif l-imwiet minħabba
kwalità tal-arja f’pajjiżna kienu aktar mid-doppju minn kif kien maħsub qabel… b’576 persuni jmutu qabel iż-żmien. 

Malta issa ġiet ordnata biex tibgħat il-pjan tagħha
lill-Kummissjoni Ewropea kif
meħtieġ mid-direttivi tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet
nazzjonali ta’ sustanzi li
jniġġsu l-arja.

Taħt din id-direttiva, l-Istati Membri huma
obbligati li jfasslu, jadottaw u jimplimentaw programmi rispettivi tagħhom sabiex jillimitaw l-emissjonijiet annwali tagħhom. L-għan ta’ dawn id-direttivi hu li jintlaħqu
livelli ta’ kwalità
tal-arja li jillimitaw l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u
l-ambjent.

Minkejja li l-Kummissjoi
Ewropea kemm il-darba il-Greċja, Malta u r-Rumanija s’issa naqsu milli jissodisfaw
l-obbligi tagħhom,”

Peress li Malta baqgħet ma
ressqet l-ebda pjan għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, il-Kummissjoi Ewropea ħarġet ultimatum ta’ xahrejn sabiex tressaq pjan adattat f’dan
ir-rigward. 

Jekk Malta tonqos
milli tagħmel dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibda proċeduri legali fil-Qrati Ewropej tal-Ġustizzja.

The post Il-Kummissjoni Ewropea b’ultimatum għall-Gvern Malti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here