Home One News Zammit Dimech idaħħal fid-Dar Ċentrali lil dawk li jridu jneħħu lil Adrian...

Zammit Dimech idaħħal fid-Dar Ċentrali lil dawk li jridu jneħħu lil Adrian Delia

4
0
SHARE
Advertisement

Is-Segretarju Ġenerali temporanju tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech ltaqa’ mal-għaqda Repubblika li ilha xhur titfa’ pressjoni fuq Adrian Delia sabiex jirreżenja. Din il-laqgħa saret fl-isfond tat-taqtigħa interna għat-tmexxija wara li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qed tagħmel ħilitha kollha sabiex ittajjar ras Adrian Delia mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Sorsi qrib l-istamperija li tkellmu ma’ one.com.mt ilmentaw li b’din il-mossa ta’ Zammit Dimech, minkejja li wiegħed l-istabbiltà, Francis Zammit Dimech qed idaħħal il-lifgħa f’ħobb Adrian Delia.

L-istess sorsi qalulna li Zammit Dimech daħħal lill-blogger Manuel Delia fid-Dar Ċentrali siegħa waħda biss wara li kiteb storja kontra Adrian Delia.

Francis Zammit Dimech rebaħ vot intern tal-kumitat eżekuttiv tal-PN nhar it-Tlieta filgħaxija sabiex jibda jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali interim tal-PN. Dan il-vot kien ifisser disfatta bla preċedent għal Adrian Delia li xtaq lil Clyde Puli jibqa’ jokkupa din il-kariga sakemm issir ir-riforma fil-partit madankollu fl-isfond tal-konfużjoni kollha Delia tilef dan il-vot, u bi kbir.

Zammit Dimech huwa membru ieħor tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u tul ix-xhur li għaddew kien parteċipi wkoll f’diversi protesti li organizzaw Repubblika. Adrian Delia kemm-il darba spiċċa fil-mira ta’ dawn il-protesti fejn kemm-il darba spiċċa mgħajjar waqt li kien ħiereġ mill-Parlament bi kliem iebes bħal nobogħduk. Zammit Dimech huwa wkoll ħabib tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia li fix-xhur li għaddew kienu wkoll voċiferi ferm kontra l-Kap Nazzjonalista b’oħt Caruana Galizia saħansitra keċċiet lil Delia minn ħdejn il-mafkar u rmietlu l-kuruna tal-fjuri li kien għadu kif poġġa f’nofs ta’ triq.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here