Home Net News Yorgen Fenech ipprova jixtri l-Malta Independent qabel inkixef li hu s-sid ta’...

Yorgen Fenech ipprova jixtri l-Malta Independent qabel inkixef li hu s-sid ta’ 17Black

3
0
SHARE
Advertisement

Yorgen Fenech, l-imprenditur Malti akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ipprova jixtri lil The Malta Independent lura fl-2016.

Jidher li dan l-attentat seħħ meta Yorgen Fenech skopra li l-ġurnal kellu aċċess għal dokumenti li setgħu jwasslu biex jinkixef li hu s-sid tal-kumpanija 17Black.

Dan apparti li fl-istess żmien The Malta Independent kellha wkoll aċċess għad-dokumenti żvelati fil-Panama Papers fejn inkixef kif Keith Schembri l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat u l-eks Ministru Konrad Mizzi kienu se jirċievu maż-$2 miljun mingħand 17Black.

Filfatt, qabel Yorgen Fenech avviċina lil Silvio Debono biex jakkwistaw lil The Malta Independent għal madwar €2 miljun, l-email li jikxef dawn il-pagamenti kien għadu ma ġiex ippubblikat.

Ta’ min jirrimarka wkoll li sal-perjodu li sar dan it-tentattiv, Daphne Caruana Galizia kienet għadha ħajja u impjegata mal-istess The Malta Indipendent, minn fejn kienet iddaħħal l-għixien prinċipali tagħha.

Sena wara dan l-attentat, Silvio Debono fetaħ xejn inqas minn 19-il libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia b’rabta ma’ artikli dwar il-bini ta’ lukanda fl-inħawi tal-bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan.

The post Yorgen Fenech ipprova jixtri l-Malta Independent qabel inkixef li hu s-sid ta’ 17Black appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here