Home Newsbook Stilel tal-Premier League bil-body guards f’Dubai

Stilel tal-Premier League bil-body guards f’Dubai

24
0
SHARE
Advertisement

Stilel tal-Premier
League qabbdu nies apposta biex jipproteġuhom waqt li qegħdin fuq btala f’Dubai.
Il-plejers qed jibżgħu li jkunu attakkati.

Titjira b’ħafna plejers magħrufa siefru lejn il-Lvant Nofshani biex iqattgħu xi jiem jirrilassaw waqt iż-żmien ta’ waqfa mill-Premier League.

Paul Pogba tħarreġ
waħdu filwaqt li l-bqija tat-tim ta’ Manchester United tħarrġu flimkien fi
Spanja. Marcus Rashford deher ma Ryan Sessegnon u James Maddison deher ma’ sieħbu
li jilgħab ma’ Leicester Ben Chilwell.

Manchester United,
Chelsea u Arsenal trenjaw ukoll fl-istess kumpless sportiv f’Dubai u l-Gunners
kellhom iċ-ċans li jirkbu fuq l-iġmla. Iżda r-rapporti qed jgħidu li kienu sfurzati
jonfqu l-eluf fuq body guards minħabba li l-plejers setgħu jkunu fil-periklu li
jispiċċaw vittmi tal-ħallelin.

The post Stilel tal-Premier League bil-body guards f’Dubai appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here