Home Net News Sitt aħwa l-Qorti mixlijin fuq agressjoni vjolenti bejn familji

Sitt aħwa l-Qorti mixlijin fuq agressjoni vjolenti bejn familji

4
0
SHARE
Advertisement

Sitt aħwa subien spiċċaw il-Qorti meta għal darba oħra meta allegatament reġgħu kienu nvoluti fi ġlieda vjolenti fil-konfront ta’ membri ta’ familja oħra, liema familji huma Bormliżi

Kurt David Azzopardi ta’ 18-il sena Nazzareno Dalli ta’ 38 sena, Redeemer Abdilla ta’ 21 sena, Redent Cassar ta’ 25 sena, Tristan Cassar ta’ 23 sena u tfajjel ta’ 15-il sena, wieġbu li mhumiex ħatja li kienu nvoluti fi vjolenza nhar il-Erbgħa li għaddew.

L-Ispettur Eman Hayman qal li r-relazzjoni bejn ż-żewġ familji mhumiex tajbin u dejjem kienu kawża ta’ nkwiet, b’tensjoni li ġieli wasslet għal azzjonijiet vjolenti bejn il-membri tal-familja.

Nhar l-Erbgħa, siegħat wara li membru ieħor tal-familja ressaq il-Qorti u nżamm arrestat minħabba li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti, it-tfajjel ta’ 15-il sena lio jiġi minnu kien allegatament involut f’argument vjolenti ma’ tliet membri oħra ta’ familja rivali.

L-Avukat taż-żagħżugħ, Mario Mifsud, spjega li t-tifel allegatament kien intlaqat b’sikkina u ponn tal-ħadid, iżda fortunatament ma sofriex minn ġrieħi daqstant gravi.

L-inċident wassal għal aktar vjolenza meta membri tal-familja tat-tifel ta’ 15-il sena iddeċidew li jiffaċċaw lir-rivali tagħhom, barra d-dar u dan permezz ta’ “carcade.”

Il-vjolenza li segwit wasslet biex is-sitt aħwa subien jitressqu l-Qorti, li kienu akkumpanjati minn ħafna membri tal-familja, li mlew l-awla tal-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke.

L-akkużati kollha wieġbu li ma kienux ħatja li ftehmu flimkien biex jikkommettu offiża, li b’mod volontarju għamlu ħsara fuq propjetà ta’ terzi, li wettqu feriti ħfief fuq il-vittmi, li nsulentawhom u li kisru l-paċi pubblika.

L-akkużati kollha, għajr it-tifel li għadu taħt l-eta, kienu mixlijin ukoll li kisru l;-kundizzjonijiet mogħtija mill-Qorti f’kawżi oħra. Meta kien qed jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu, l-Avukat difensur Arthur Azzopardi talab lill-Qorti biex ikollha fil-pusses tagħha filmati tas-CCTV minn erba’ bnadi differenti u dan fejn saru l-inċidenti.

L-Avukat Mifsud, li deher għat-tifel ta’ 15-il sena, qwal ukoll li t-tifel kien ingħata l-police bail nhar il-Ħamis u li m’għandu l-ebda reati li kkommetta fil-fedina penali tiegħu. Qal li huwa jemmen li dan it-tifel issa tgħallem il-lezzjoni u wieħed jispera li jkompli bl-edukazzjoni tiegħu.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal libertà proviżorja fil-konfront tat-tifel, fuq garanzija personali ta’ €1,000, u li jrid jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla darbtejn fil-ġimgħa u taħt kundizzjonijiet oħra stretti fosthom li ma jkellimx jew jersaq lejn l-allegati vittmi u xhieda oħra. Il-ħamest aħwa l-oħra nżammu taħt arrest preventiv.

The post Sitt aħwa l-Qorti mixlijin fuq agressjoni vjolenti bejn familji appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here