Home Newsbook Sejħa interna għal min hu interessat jilħaq Pulizija tat-Traffiku

Sejħa interna għal min hu interessat jilħaq Pulizija tat-Traffiku

1
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija ħarġet sejħa interna għal dawk il-Pulizija
li huma interessati jingħaqdu mat-Taqsima tat-Traffiku bħala sewwieqa ta’
muturi.

Il-Korp tal-Pulizija kien qed iwieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt wara li fl-aħħar jiem, ġew arrestati mal-40 membru tat-Taqsima minħabba abbuż mis-sahra.

L-applikanti interessati jrid ikollhom liċenzja
tas-sewqan tal-muturi u l-ewwel iridu jgħaddu mill-proċess ta’ intervista.
L-applikazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sa nofsinhar tal-Ġimgħa 21 ta’ Frar.

Diversi uffiċjali qed jiġu interrogati u jaf jiġu anke sospiżi dwar abbuż mis-sahra. Sal-bieraħ, 25 mill-Pulizija arrestati ngħataw il-police bail u ġew sospiżi. S’issa erba’ uffiċjali mit-Taqsima tat-Traffiku taw ir-riżenja tagħhom, li kollha ġew aċċettati.

Intant l-Erbgħa tħabbret ir-riżenja
tas-Supretendent tat-Taqsima Walter Spiteri.

F’dan iż-żmien, it-Taqsima tat-Traffiku qed tingħata
assistenza wkoll mil-LESA u minn Transport Malta. Dan minbarra l-għajnuna li qed jagħtu uffiċjali minn sezzjonijiet oħra fl-immaniġjar
tat-traffiku bl-użu ta’ vetturi mmarkati.

The post Sejħa interna għal min hu interessat jilħaq Pulizija tat-Traffiku appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here