Home Newsbook Robbie Williams isir missier għar-raba’ darba

Robbie Williams isir missier għar-raba’ darba

3
0
SHARE
Advertisement

Permezz tal-Instagram Ayda Field ħabbret li hi u żewġha Robbie WIlliams saru ġenituri għar-raba’ darba. Hi tellgħet ritratt li juri erba’ pari ta’ saqajn tat-tfal u għamlet msitoqsija lill-pubbliku biex jinnuttaw id-differenza.

Kien b’hekk li l-attriċi u preżentatriċi introduċiet mas-segwaċi tagħhom lil Beau Benedict Enthoven Williams, li bħal Coco twieled permezz ta’ surrogate mother, l-istess waħda li permezz tagħha kellhom lil Coco.

Huma għandhom ukoll lil Teddy li għandha seba’ snin u Charlie li għandu ħamsa. Coco għandha ħames snin.

Ayda u Robbie qatt ma tkellmu li kienu se jsiru ġenituri
għal dab’oħra u għaldaqstant l-aħbar kienet waħda ta’ sorpriża.

Il-koppja kienu żżewwġu fl-2010, erba’ snin wara li kienu ltaqgħu.

Ritratt: Instagram/AydaField

L-aħbar intlaqgħet b’ħafna kummenti pożittivi fuq il-meżżi soċjali.
Wisq probabbli li r-raba’ wild ikun l-aħħar wieħed wara li ard is-sena l-oħra
waqt intervista fuq it-televiżjoni, Field kienet qalet li tixtieq li jkollha sa
erba’ ulied, mingħajr ma kienet żvelat jew indikat li r-raba’ tarbija kienet
kważi waslet beix titwieled.

Awguri!

The post Robbie Williams isir missier għar-raba’ darba appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here