Home Net News Renju Unit: L-ewwel laqgħa tal-Kabinett ġdid wara r-‘reshuffle’ u r-riżenja ta’ Javid

Renju Unit: L-ewwel laqgħa tal-Kabinett ġdid wara r-‘reshuffle’ u r-riżenja ta’ Javid

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Kabinett ġdid tal-Prim Ministru Boris Johnson iltaqa’ għall-ewwel darba wara r-reshuffle li wassal għar-riżenja ta’ Sajid Javid mir-rwol ta’ Kanċillier (Ministru tal-Finanzi).

Boris Johnson kien offra
biex jerġa’ jaħtar lil Javid fir-rwol bil-kundizzjoni li hu ‘ikeċċi lin-nies
ta’ miegħu’, iżda Javid irrifjuta li jagħmel hekk.

Javid, li kien mistenni
jippreżenta l-ewwel baġit tiegħu f’Marzu, qal li ma kellux għażla ħlief
jirriżenja ‘għaliex l-ebda Ministru serju ma seta’ jaċċetta t-tip ta’ domandi min-naħa
tal-Prim Ministru’. It-tluq ta’ Javid mill-Kabinett qed isegwi għajdut dwar
‘tensjoni’ bejn l-eks Ministru tal-Finanzi u Dominic Cummings, li hu
l-konsulent ewlieni tal-Prim Ministru għall-affarijiet finanzjarji.

Kelliema għall-Uffiċċju
tal-Prim Minsitru f’Downing Street (Londra) ma kkonfermawx jekk
il-preżentazzjoni tal-baġit – skedata għall-11 ta’ Marzu – għandhiex issir
skont il-pjan. Ingħad biss li saru diġà ‘preparamenti estensivi’ għall-baġit u
li dawn se jkomplu ‘skont il-programm’.

Intant, il-Prim Ministru
Britanniku, fl-aħħar sigħat, enfasizza l-ħtieġa li l-Ministri li qed jiffurmaw
il-Kabinett ‘jiksbu r-riżultati’. Dan fost ix-xogħol li jrid isir biex huma
jattwaw il-wegħdiet elettorali tal-Partit Konservattiv fil-Gvern.

Min-naħa tiegħu, Rishi
Sunak, l-eks segretarju ewlieni mat-Teżor, laħaq minflok Sajid Javid bħala Chancellor of the Exchequer u fl-ewwel
kummenti qal li għandu quddiemu ‘programm mimli bl-impenji urġenti’.

Meta fetaħ il-laqgħa tallum, f’Londra, Boris Johnson wassal messaġġ ta’ kongratulazzjoni lill-membri tal-Kabinett wara li dawn ‘kisbu jew żammew’ ir-rwoli rispettivi.

Il-Prim Ministru sostna
l-ħtieġa li l-Kabinett ‘ixammar il-kmiem u jistinka biex itejjeb l-għajxien
tal-Britanniċi waqt li jaċċerta li l-poplu kollu jgawdi mill-opportunitajiet ekonomiċi
li qegħdin jinfetħu għall-pajjiż fl-era tal-post-Brexit’.

The post Renju Unit: L-ewwel laqgħa tal-Kabinett ġdid wara r-‘reshuffle’ u r-riżenja ta’ Javid appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here