Home Net News Rabja, ġlied u telqa f’Mount Carmel

Rabja, ġlied u telqa f’Mount Carmel

3
0
SHARE
Advertisement

Aktar
ma jmur, aktar qed jidher ċar li teżisti straġi sħiħa f’dak li hu l-qasam
tas-saħħa.

Fl-aħħar
jiem Net News irċieva diversi lmenti dwar affarijiet li mhux jimxu sew f’dan
is-settur.

Minn informazzjoni ta’ min jorbot fuqha, l-isptar Mount Carmel jinsab fi stat tal-biki hekk kif ix-xogħliijet li kien qed jagħmel il-kuntrattur waqfu.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li x-xogħol kien għaddej kif suppost, iżda jidher li għal xi raġuni, il-kuntrattur ma baqax jirċievi ħlas ta’ xogħlu, sakemm ma kienx fadallu għażla għajr li jieqaf u jħalli x-xogħol nofs leħja.

Skont in-nies li tkellmu maghna, x-xogħol ta’ tisbiħ u ristrutturar li kien qed isir f’numru ta’ swali tħalla mhux komplut saħansitra b’units ta’ air conditioners ġodda mwaħħlin imma mhux imqabbdin.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien wiegħed li l-Gvern se jżomm mal-wegħda li għamel 8 snin ilu meta qal li se tingħata prijorità sħiħa lis-saħħa mentali, iżda minkejja l-wegħdi, lanqas ir-ristrutturar tas-swali għadu ma tlesta, u l-isptar il-ġdid biswit Mater Dei għadu biss taħżiża fuq karta.

Jidher ukoll li għadd ta’ ħaddiema li ngħataw impjieg ma’ kumpanija tal-manutenzjoni f’dan l-isptar, ingħataw dan l-impjieg qabel l-elezzjoni tal-2017 bil-patt u l-kundizzjoni li ftit wara jiddaħħlu mal-Gvern. Madankollu għal xi raġuni, dawn l-impjegati fl-aħħar żmien ġew impjegati ma’ kumpanija privata oħra minflok, xi ħaġa li ġabet rabja kbira.

Il-frustrazzjoni fost il-ħaddiema f’dan l-isptar ma tieqafx hawn. Jidher li mat-30 impjegat li jaħdmu fil-kċina ta’ dan l-isptar huma rrabbjati ferm hekk kif jidher li din il-kċina ser tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha, u l-ikel se jibda jasal l-isptar mingħand kuntrattur, bil-ħaddiema ma jafux se jkun qed isir minnhom.

Sadatant, minn aktar informazzjoni li waslitilna fil-kamra tal-aħbarijiet tagħna, jidher li Stephen Sultana, s-CEO tal-istess sptar qala’ xeba waqt li kien fl-uffiċju tiegħu f’Mount Carmel.  Jidher li xi foreman li jaħdem fl-isptar daħal fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv, u dawn gew fl-idejn.

Mhux magħruf x’kienet ir-raġuni li wasslet lil din il-persuni biex tiżvoga b’dan il-mod, iżda jidher li kellhom jissejħu anke l-pulizija. Madankollu, meta kkuntattjajna lill-Pulizija dwar dan, qalulna li ma kellhomx rapporti dwar dak li kien seħħ.

The post Rabja, ġlied u telqa f’Mount Carmel appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here