Home One News Mudelli Maltin kienu r-rebbieħa tal-konkors Miss/Mr/Mrs Valentine 2020

Mudelli Maltin kienu r-rebbieħa tal-konkors Miss/Mr/Mrs Valentine 2020

4
0
SHARE
Advertisement
Miss Teen Martha Urpani minn Naxxar u Alexia Muscat Miss Valentine rebħu l-katagoriji tat-tfajliet filwaqt li Neil Belli ta’ 16-il sena mill-Marsa ġie Mister Valentine.

Però sorpriża kbira għall-mudella ta’ 52 sena Mary Rose Attard minn Birkirkara ħadet il-katagorija ta’ Mrs Valentine fejn tgħid li apparti ferħana f’dan it-titlu, ferħana għall-imhabba u sapport kbir li issib mir-raġel tagħha.
Barra l-kbar wieħed seta’ jara wkoll it-tfal fejn kienu libsin kustumi ta’ din il-festa fejn ir-rebbieħa kienu Savienne Chircop, Jade Domenici u Leon Alamangio.
Is-serata saret din il-ġimgħa bis-sehem ta’ 40 parteċipant. Ivan Gaffiero il-moħħ wara dan il-konkors qal ilu jagħmel dan il-konkors 12-il sena u dejjem kien suċċess.
Il-mudelli libsu lbies ta’ kulur iswed u aħmar li jissimbolizza l-kuluri tal-imħabba.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here