Home Net News Libertà kundizzjonata għal Bulgaru li kien qed jittallab

Libertà kundizzjonata għal Bulgaru li kien qed jittallab

4
0
SHARE
Advertisement

Bulgaru ta’ 34 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena wara li ammetta quddiem il-Ma?istrat Doreen Clarke li kien qed jittallab u jdejjaq in-nies filwaqt li għex ħajja ta’ għazz u vagabundaġ

Ivan Marinov Borisov li tressaq mill-Ispettur Darryl Borg ammetta li nhar il-Ħamis li għadda ġewwa l-Belt Valletta u fil-ġimgħat ta’ qabel f’postijiet oħra fosthom f’Tas-Sliema, immolesta n-nies u dejjaqhom biex jitlob il-karità

L-Avukat Charmaine Cherrett li deheret għal Borisov qalet li l-klijent tagħha kien qed jinfurma li kien se jħalli Malta dalwaqt. Il-Bulgaru twassal il-Qorti permezz ta’ siġġu tar-roti.

The post Libertà kundizzjonata għal Bulgaru li kien qed jittallab appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here